Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Tuesday, December 18, 2007

Lejn 25 sena FERM AHJAR


Tragward ta 25 sena mhux cajta! Tragward ta 25 sena ifisser dedikazzjoni, ifisser impenn shih maghgun ma doza qawwija ta’ sagrificcj, l-istess sagrificcji li l-haddiem u l-poplu Malti qieghed igarrab llum.

Il-pressjonijiet, kemm fuq il-postijiet tax-xoghol kif ukoll fil-hajja ta’ kuljum huma l-kagun ta’ hafna diffikultajiet godda li qeghdin ixekklu bosta familji Maltin. Kienu hamsa u ghoxrin sena fejn fihom pajjizna ghamel passi kbar l’ quddiem izda ta’ dan kollu, kellna nhallsu prezz ghaliex hadd ma jista jichad li l-valuri u l-harsien tal-familja li tant kienu ghal qalbna sa ftit tas-snin ilu, m’ghadhomx l-istess. Imma dak li jigri meta jkollok gvern insensittiv.

Hafna minn dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena raw ukoll lil Partit Laburista fl-oppozizzjoni. Hafna minn dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena raw lil Partit Laburista fuq qudiem nett biex joffri kritika kostruttiva u fejn kien hemm bzonn joffri tama lil min sab ruhu f’diffikulta’. Il-Partit Laburista llum huwa kommess, ghandu d-dover u jinsab obbligat li jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar u fl-istess hin jaghti nifs gdid ddominat mix-xoghol, il-harsien u d-dinjita. Il-Pjan ta’ Bidu Gdid illi llum qed jishqu fuqu l-firxa wiesgha ta’ esponenti Laburisti huwa pjan li jinkludi lil kulhadd; huwa pjan li jinkludi kull settur u fuq kollox huwa pjan li joffri soluzzjonijiet u tamiet godda lil hafna u mhux lil ftit maghzulin. Huwa pjan illi intoghgob sahansitra mill-gvern tal-gurnata u ghalhekk inbena l-Budget li ghadu kif kellna fuq dawn l-istess ideat. Sahhitna, l-iskejjel taghna, ix-xoghol, l-industrija, l-ambjent, l-futur tal-Maltin u l-Ghawdxin huma kollha inkluzi fil-pjan Laburista.

Illum m’ghadux zmien ta ftahir, m’ghadux zmien ta’ intimidazzjoni u provokazzjoni kif forsi kienet l-uzanza fiz-zmenijiet meta nhasset il-htiega li jinbena Centru Laburista gdid fir-Rabat. Illum wasal z-zmien li nittrasmettu is-sens ta’ tama li bidla fi tmexxija tista’ ggib maghha. Wahda mill-ahhar arem illi n-nazzjonalisti fadlilhom hija li jikkonvincu lil massa li ma hemm l-ebda differenza bejn iz-zewg partiti u li xejn mhu se jinbidel w allura ma’ jaghmel l-ebda sens li tirriskja bidla! Dazgur li l-affarijiet jistghu jinbidlu. Ricentament, spiss qed nassistu ghal ministri u esponenti mill-kamp Nazzjonalista jargumentaw illi l-Labour m’ghandux jinghata c-cans. It-twegiba ghandha tkun; ‘pajjizna jixraqlu ahjar!’

F’xenarju bhal dan, l-ghazla ghandha tkun wahda semplici bejn kabinett ghajjien, skadut u mifni bil-korruzzjoni ghal kabinett determinat, ambizzjuz, mimlija b’tama gdida, energija f’waqtha u ideat friski ghal Maltin u l-Ghawdxin kollha. Jonqos biss l-fiducja taghna lkoll. Ghal gid ta’ pajjizna u ta’ uliedna, l-hamsa u ghoxrin sena li ghandna quddiemna ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ta’ tmexxija ghaqlija, serja u energetika; ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ghaliex le? ta’ Gvernijiet Laburisti!

Ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ferm u ferm ahjar! Jiddependi minna issa!

1 comment:

GeorginA said...

L-AĦJAR "Stop My Divorce" Love Spell Casting huwa l-aħjar mill-aħjar meta niġu biex nipprevjenu dak id-divorzju bl-uġigħ u żommkom kemm kuntenti fl-imħabba. Ikkuntattja templeofanswer@hotmail.co.uk, whatsapp +2348155425481