Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Storja Partit Laburista

L-istorja Tal-Partit Laburista toħodna lura sal-1920.  Fil-qosor ferm hawn taħt hawn miġbur, sena sena, l-aktar snin importanti f'din l-istorja tant u tant rikka.

1920: Jitwaqqaf il-Partit Laburista bil-għan li jgib ghall-ahjar l-istat tan-nies tax-xogħol kollha fil-pajjiz.

1921: Il-Partit Laburista jikkontesta l-ewwel elezzjoni generali li saret fil-pajjiz. Jikseb 23% tal-voti u jtella’ 7 deputati f’parlament ta’ 32 deputat.

1922: Jinħatru l-ewwel Ministri Laburisti wara li ghal disa xhur il-Partit Laburista dahal fi gvern ta’ koalizzjoni ma’ l-Unione Politica Maltese.


1927: Il-Partit Laburista jikkontesta t-tielet elezzjoni generali f’koalizzjoni mal-Partit Kostituzzjonali. Jikseb 14% tal-voti.

1928: It-tabib Pawlu Boffa maħtur Mexxej tal-Partit Laburista

1947: Fl-ewwel elezzjoni generali wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Partit Laburista jikseb 60% tal-voti u jkun ifformat l-ewwel gvern maghmul kollu kemm huwa minn Ministri Laburisti. It-tabib Pawlu Boffa mahtur l-ewwel Prim Ministru Laburista ta' Malta.

1949: Il-Perit Dom Mintoff jinhatar Mexxej Laburista wara nuqqas ta’ ftehim fi hdan il-gvern Laburista fost l-ohrajn dwar il-mod li bih Malta kellha titlob ghajnuna finanzjarja minn ghand ir-Renju Unit. It-tabib Pawlu Boffa jwaqqaf il-Malta Workers Party.

1955: Elett it-tieni gvern Laburista b’56% tal-voti bil-proposta ewlenija tkun dik ta’ l-integration mar-Renju Unit. Dom Mintoff mahtur Prim Ministru.
1958: Jirrizenja l-gvern Laburista wara nuqqas ta’ qbil serju mal-gvern Ingliz.

1962: Wara xhur ta’ inkwiet politiku-religjuz, fejn kien anki iddikjarat li min jivvota lill-Partit Laburista jikkometti dnub mejjet, f’elezzjoni generali l-Partit Laburista jikseb 34% tal-voti.

1971: Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali u jagħti bidu għal programm qawwi ta’ riformi soċjali. Dom Mintoff maħtur Prim Ministru għat-tieni darba.


1974: 13 ta' Diċembru - jum storiku għal pajjizna. Malta ssir Repubblika.

1976: Il-Partit Laburista jirbah it-tieni elezzjoni generali

1979: Jintemm il-ftehim tal-bazi militari mal-gvern Ingliz u Malta tikseb il-helsien shih.

1981: Il-Partit Laburista jirbaħ it-tielet elezzjoni ġenerali konsekuttiva.

1984: L-avukat Karmenu Mifsud Bonnici jinhatar Mexxej tal-Partit Laburista.

1987: Il-Partit Nazzjonalista jirbah l-elezzjoni generali u l-Partit Laburista jsir l-oppozizzoni parlamentari.

1992: B’46.5% tal-voti l-Partit Laburista jibqa’ l-oppozizzjoni parlamentari fil-pajjiz. Dr. Alfred Sant jinhatar Mexxej tal-Partit Laburista.

1993: Il-Partit Laburista jaghti bidu ghal process wiesa ta’ konsultazzjonijiet li wassal ghat-tfassil ta’ politika gdida Laburista

1995: Il-Partit Laburista jibda jopera mic-Centru Nazzjonali Laburista, fil-Hamrun, mibni bid-donazzjonijiet moghtija minn eluf kbar ta’ Maltin u Ghawdxin.
1996: Il-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni generali b’50.7% tal-voti. Maggoranza ta’ 7,000 vot izda tissarraf f’maggoranza ta’ siggu wiehed fil-Parlament. Dr Alfred Sant jinhatar Prim Ministru.

1998: Il-gvern Laburista jsejjah elezzjoni bikrija wara li jitlef vot ta’ fiducja fil-parlament dwar il-progett tal-Kottonera. L-elezzjoni tintrebah mill-Partit Nazzjonalista.

1999: Il-Partit Laburista jibda jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

2003: L-elezzjoni generali tintrebah mill-Partit Nazzjonalista. Dr Alfred Sant ikkonfermat Mexxej Laburista.

2004: Il-Partit Laburista jirbah l-ewwel elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew b’distakk ta’ 21,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista u jtella 3 mill-5 membri parlamentari Ewropej.

2005: Il-Partit Laburista jikseb l-ikbar rebha f’elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali kkontestati mill-partiti politici, meta jiskeb 53.2% tal-voti, minkejja li ma sarux elezzjonijiet fiz-Zejtun u fil-Marsa minhabba li l-Partit Nazzjonalista irtira l-kandidati tieghu fl-ahhar minuta.

2006: Il-Partit Laburista jniedi process ta’ approvazzjoni ta’ pjani godda ta’ politika Laburista.

Marzu 2008: Il-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni generali meta jikseb 48.8% tal-voti b'distakk minimu ta' 1,580 vot mill-Partit Nazzjonalista. Dr Alfred Sant jirrizenja minn Mexxej Laburista.

Gunju 2008: Il-Konferenza Generali taghzel lil Joseph Muscat bhala Mexxej gdid tal-Partit Laburista.

Gunju 2009: Wahda mill-akba rebhiet elettorali ghal Partit Laburista.  B'maggoraza ta l' fuq minn 35,000 vot aktar mill-PN, il-PL jirbah it-tieni elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropew.  Eletti bhala MEP's Louis Grech, John Attard Montalto, Edward Scicluna kif ukoll Joseph Cushcieri.