Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Il-PL fir-Rabat

Il-Partit Laburista fir-Rabat, ilu jkun rapprezentat minn kumitat mghazul minn fost il-membri tieghu sa minn Ottubru 1946. Kienet il-hbiberija li nibtet bejn numru ta’ zghazagh Rabtin, ma diversi attivisti Laburisti, fosthom Duminku Mintoff, li meta fis-sajf kienu jiltaqghu , fuq it-teraazzin tal-lukanda ‘Point De Vu’, ujiddiskutu l-politika w l-organizzazzjoni tal-partit, thajru li huma wkoll iwaqqfu kumitat laburista fir-Rabat. L-ewwel kumitat mahtur kien hekk:- President Ganado G., V. President Cauchi E., Segretarju Micallef W., Kaxxier Calleja J., Revizur Farrugia A. li sena wara lahaq president u dam f’din il-kariga sa mewtu, fl-1970. Membri kienu Agius J., Azzopardi F.,Bugeja E.,Debono A.,Ellul S.,Genovese J., Micallef P., Terri J., Tonna M.u Vella P.

Fl-ewwel gvern Laburista, fir-Rabat kienet tinhaset htiega kbira ta’ Skola primarja ghas-subien, ghax dik ezistenti kienet fl-Imdina, w ghalhekk kienu thejjew il-pjanti biex tinbena skola gdida fi triq Kola Xara. Meta il-partit inqasam fuq il-kwistjoni tal-Marshall Aid fl-1949, fl-laqgha Generali tal-partit kien gie propost lil Duminku Mintoff bhala mexxej gdid. In-nomina tieghu kienet sekondata mis-segretarju ta’ dan il-kumitat Micallef W. Bejn l-1950 u l-1955 kienu saru tlett elezzjonijiet ohra li ntrebhu mill-Partit Nazzjonalista, li biex jifforma gvern kellu jghamel ko-allizzjoni mal Malta Workers Party ta; P. Boffa.



F.dan il-perjodu l-kumitat kien responsabli li jmexxi l-propoganda fil-lokal u dan kien isir permezz ta’ corner meetings mxerrda mar-Rabat kollu. Mezz iehor kienu jkunu il-laqghat informali fil-hwienet u l-kazini tar-Rabat; bl-aktar maghrufa kienu l-hanut ta Portelli P., Pearson A. u Ciantar A. li barra li fihom kienu jingabru ghadd ta’ haddiema, kienu wkoll id-distributuri tal-gurnalizmu laburist. Xoghol iehor relatat ma l-elezjoni kien fil-mili tal-formoli ta’ l-applikanti ghall-vot, u li jaraw li dawn jidhlu fir-registru elettorali, biex ikunu eligibli ghall-vot. F’dan iz-zmien il-kumitat kien ghamel xi tentattivi li jkollu fond minn fejn jahdem, izda dawn it-tentattivi ma rnexxewx.

Kien fl-elezzjoni ta’ 1955 li l-Partit Laburista rega’ rebah il-gvern. Saru riformi kbar fil-qasam tas-servizzi socjali, edukazzjoni, w housing. Fir-Rabat inbnew il-Flats ta’ Gheriexem. Ghal din l-elezzjoni l-partit, fil-programm elettorali kellu li jitlob l-Integration mal-gvern Ingliz biex il-Maltin jigu bi drittijiet bhal ta’ l-Inglizi, jew, jekk in-negozjati jfallu tintalab l-Indipendenza ghal Malta. Is-slogan ghal dan il-programm kien ta’ Malta l-Ewwel u Qabel Kollox.. Meta it-tahdidiet ta’ l-integration fallew u ntalbet l-indipendenza, qamu l-irwiefen kollha kontra l-partit. L-Awtoritajiet Ekklesjastici Maltin bdew l-ewwel ibbezzghu bid-divorzju, u wara bil-komunizmu, halltu r-religjon mal-politika. Minn naha l-ohra l-Gvern Ingliz hedded bis-sensji. B’dan kollu l-partit xorta baqa’ ghaddej bil-hidma tieghu; fuq il-front lokali jfiehem lill-poplu l-Indipendenza li ried igib, u fuq il-front barrani b’kuntatti ma minn kien ihoss li jista’ jghin fil-kawza taghna. Dan wassal biex l-awtoritajiet ekklesjastici maltin imponew l-Interdett fuq l-ezekuttiv tal-partit u wkoll piena tad-dnub il-mejjet fuq kull min b’xi mod jew iehor kellu konnessjoni jew simpatija mal-partit.



Dan ma qatghax qalb il-Laburisti, tant li f’dan il-perjodu twieldu fi hdan il-partit ferghat godda; bhal l-Ghaqda nisa Laburisti, L-Ghaqda Zghazagh Laburisti, u wkoll il-Brigata Laburista. Dawn it-tlett ferghat twieldu wkoll fir-Rabat, tant li nsibu li f’Gunju 1958 gie mahtur l-ewwel kumitat taz-zghazagh, bl-ewwel laqgha tieghu issir fil-Black Cat Bar, ftit wara twaqqfet l-Ghaqda Nisa Laburisti, u fl-ahhar il-Brigata Laburista, li kienet titmexxa fuq is-sistema tal-boys scouts.



Bil-hegga gdida taz-zghazagh, Spiteri J. kien ressaq l-offerta ta’ Pietru Muscat, biex il-partit jghamel uzu minn karma zghira li kellu fuq il-hanut, Central Bar, u li kellha bieb ghaliha bin-numru 17, fi Pjazza San Katald. F’din il-kamra kienu ngabru l-kumitati kollha u minna gew organizzati diversi attivitajiet. Konferenzi politici, laqghat tal-kumitat u laqghat generali ital-kumitat, esibizzjonijiet u wkoll saret librerija zghira. Barra dan minn hawn il-kumitati daqqa f’isem wiehed u daqqa f’isem iehor organizzaw diversi karrijiet ghal l-okkazjoni ta’ l-Ewwel ta’ Mejju, li l-partit kien jorganizza bi kbir fil-belt u gieli wkoll fil-Hamrun, skond il-permess tal-pulizija. Kien ukoll organizza banda tal-brigata laburista li kienet tiehu sehem fl-attivitajiet organizzati mill-partit.



Meta l-Ghaqda Zghazagh Laburisti bidet torganizzaa l-Battle of Flowers, taht id-direzzjoni tas-sur Agius A. kienu jigu prezentati l-isbah u l-aqwa karrijiet ghal din l-isfilata. Il-kumitat kien ukoll jiehu sehem fil-Karnival tal-Maltin, li minkejja li ma kienx ikun fih premjijiet kien qatel ghal kollox il-Karnival ufficjali tal-gvern, li l-partit kien ibbokotja.



Fatt importanti u li ghandu jibqa’ jigi mfakkar hu meta Pietru Muscat kellu kontra qalbu jitlobna ma nuzawx il-post tieghu, ghax is-sid ried idahhlu l-qorti, kemm il-darba jhallina nuzaw din il-kamra. Fhimna l-qaghda li gie fiha u bil-kwiet gbarna kull ma kellna w ergajna bdejna niltaqghu fid-djar privati, partikulari ghand P. Xuereb 1, triq tal-Virtu u ghand is-segretarju 20, triq San Pawl.



Il-kumitat hass li kellu jghamel sforz u jsib post addattat u jiftah kazin fir-Rabat. Gew konsiderati diversi postijiet, izda jew ghax il-prezz mitlub kien gholi wisq ghalina, jew ghax il-kumitat hass li ma kienx f’pozizzjoni tajba u central, kellu jwarrabhom. Ghalhekk bqajna minghajr fond minn fejn noperaw. Meta Is-sur P. Xuereb gie bil-proposta ghax-xiri tal-fond numru 63, Triq San Pawl, il-kumitat ma kienx f’qaghda finanzjarja tajba biex jixtri. Issejhet talba ghal xiri lil membri w ohrajn, ta’ cedoli ta’ hames liri l-wahda li kienu qed jigu mislufa bla interess lill-kumitat u li kienu pagabli fi zmien 12 il sena. Ir-respons ghal dan kien inkoragganti, u ghalkemm mhux sufficjenti biex ikollna s-somma kollha mehtiega; il-kumitat bl-ghajnuna tas-sur D. Degiorgio u P. Xuereb irnexxielu jgib self iehor mid-Ditta Pepsi Cola, biex hekk seta’ jsir il-kuntratt tax-xiri tal-post. Dan il-kuntratt kien sar quddiem in-nutar J. Abela LLD.



Kien mehtieg ta’ olterazzjoni kbira biex stajna nuzawh bhala kazin. Ix-xoghol tal-kostruzzjoni tmexxa mis-sur J. Chirkop, J. Schembri u J. Fsadni. Ix-xoghol tal-konkos tmexxa mis-sur Portelli W., id-dawl mis-sur Mifsud C, it-tikhil mis-sur Bugeja J u Graham C, waqt li d-dekorazzjoni tal-bar mis-sur Agius A. u Agius M. Meta dan kollu kien lest il-Kumitat li kien compost minn President Schembri J., Vici President Borg E., Segretarju Fsadni J., Kaxxier Chirkop J., Seg. Propoganda Scerri P., membri Bugeja W., Fenech J. Spiteri J., Vassallo C., u Zahra C. Ma dawn kien hemm ukoll bhala membri co-opted is-sinjuri Borg M., Chirkop C., Micallef P., u Vassallo C., li baqghu attivi f’isem l-Ghaqda Nisa Laburisti. Mat-tlestija tal-kazin, il-kumitat iddecieda li jiftah il-bibien tieghu ghall-membri, biss hass li sakemm titjieb il-qaghda finanzjarja tal-kumitat, il-kumitat kellu jidhol ghat tmexxija tal-bottegin hu stess fil-waqt li n-nisa jghinu fit-tindif.
Il-ftuh ufficjali ta’ dan il-post bhala l-ewwel kazin Laburista, fir-Rabat, sar nhar il-11 ta’ Dicembru, 1969 mill-mexxej tal-partit Duminku Mintoff u tbierek mill-Arcipriet tar-Rabat Dun Pawl Attard.
Fl-elezzjoni tal-1971 il-partit rega’ rebah il-gvern. Il-kampanja elettorali kienet issir minn dan il-post. Mhux biss ppjanajna il-kampanja elettorali, izda bil-mod gbarna id-dokumenti li kellna u wkoll hdimna biex jikber in-numru ta’ membri tesserati. Dan kollu rnexxa u deher, ghax meta gejna biex norganizzaw l-ewwel laqgha generali annwali, biex jinhatar kumitat gdid, tant kienet kbira l-attendenza tal-membri li sahansitra barra s-sala mlejna t-tarag u wkoll il-bottegin. Bil-post propjeta taghna stajna, kull nhar ta’ Hadd fil-ghodu, meta konna fil-gvern, niltaqghu ma diversi membri u nismghu dak kollu li riedu jwasslu lill-partit.

Kien waqt seduta tal-kumitat, meta t-tabib Daniel Micallef ressaq proposta biex il-kumitat jikteb ittra u jitlob lill-ministru ta’ l-artijiet, Dr. Patrick Holland biex il-kumitat jakkwista u jghamel uzu mill-ex-ghassa tal-pulizija, li kienet vojta peress li ‘ssa kienet giet trasferita fic-centru civiku. Din it-talba saret u f’qasir zmien gejna mghajta biex nikru dan il-post. Bhala pozizzjoni ma setghax ikun ahjar, izda kif kien imqassam il-post ma tantx seta’ jilhaq l-ghanijiet taghna u jservina ta kazin. F’laqgha mal-Ministru Holland wrejna x-xewqat taghna, u hrigna minn hemm bl-impressjoni li stajna nkomplu bil-pjanijiet li kellna f’mohhna.