Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Tuesday, December 11, 2007

Kazin Gdid - 25 sena ..

Wara l-konferma ta’ l-akkwist tal-post il-gdid, 30 triq San Pawl, ic-cwievet gew mghoddija lill-kumitat li mill-ewwel fetah kontatti mal-perit Salvu Privitera, li mill-ewwel u bil-ferh accetta li jkun il-perit tal-kazin il-gdid. Wara diversi laqghat li ghalihom kien ikun hemm Chirkop J. u Zahra C.u gieli ohrajn ukoll, thejjew il-pjanti u ntefghet l-applikazzjoni ghall-permessi mehtiega. Meta dawn gew approvati mid-dipartimenti koncernati kollha beda t-twaqqigh tal-bini ta’ l-ex ghassa. Dan ix-xoghol kien fdat lill-Kumpanija ta’ Gatt Brothers tal-Mosta. Ix-xoghol tal-bini kien beda mis-sur Agius C. (il-Gagin) tal-Bahrija, li sa kemm wasal ghat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla marad u ma setax ikompli.

Il-kumitat hass li kellu jghamel cerimonja ufficjali tat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla. Din saret fis-6 ta’ Lulju. 1974 kif tixhed l-irhama kommemorattiva li hemm fuq il-lemin tal-faccata tal-kazin. Il-gebla tpoggiet mill-ministru P. Xuereb, tbierket mill-Arcipriet tar-Rabat Dun Pawl Attard u bhala xiehda kien hemm l-Ministru P. Holland u t-tabib D, Micallef. Kien sar marc bil-banda tal-brigata laburista fit-toroq tal-madwar.

Ghalkemm il-pjanti tal-post kollu kienu approvati, il-kumitat hass li kellu jaqsam il-bini tal-kazin fi tnejn. L-ewwel parti kienet li nibnu
l-ewwel sular, imbaghad, wara li nezaminaw il-qaghda finanzjarja tal-kumitat, nersqu quddiem il-membri biex jiddeciedu fuq it-tieni fazi tatt-tkomplija tal-bini. Ix-xoghjol fuq il-bini ta’ l-ewwel sular kien inata lid-Ditta Gatt Brothers, li kellha l-inkarigu li tlesti sas-saqaf ta’ l-ewwel sular b’bokka ghat-tieni sular. Meta dan tlesta fil-kumitat kien hemm opinjoni maqsuma ghax kien hemm min ried jieqaf u jitkompla aktar ‘l quddiem u ohrajn li riedu jkomplu bil-kostruzzjoni. Il-Konferenza Generali kienet iddeciediet li la darba ma kienx hemm djun kellna nibqghu sejjrin bix-xoghol.

Ix-xoghol ta’ l-ahhar fazi tal-kazin, il-bini ta’ t-tieni sular u l-bjyt, gie fdat f’id l-imghallem Joseph Busuttil u siehbu Mifsud Lawrence. Meta din il-fazi tlestiet ukoll, beda x-xoghol fuq l-aperturi, il-madum u d-dawl. Ix-xoghjol tal-madum, bil-kollaborazzjoni ta’ P. Scerri tmexxa mis-sur Brincat E. Dawn mhux biss raw li l-madum jehel izda dahlu wkoll ghal l-inkarigu li l-madum ta’ l-intrata u tat-tarag jahdmuh huma stess, kemm il-darba niprovdu l-materjal. Hekk sar Id-dawl gie fdat lis-sur Mifsud C. Waqt li l-aperturi t’isfel inhadmu mis-sur Borg E. u dawk tas-sular ta’ fuq mis-sur Galea T. Is-sur Casha G. lesta d-disinn tal-bottegin, li l-ghamara ghalih giet ordnata w mahduma mid-Ditta Invicta, u xoghol dekorattiv tieghu fil-gebel inhadem mis-sur
Micallef P.

Fil-waqt li kien ghaddej dan ix-xoghol, il-kumitat kien qieghed jirsisti biex il-kirja tigi mdawwra f’cens, dan b’hekk ikun ifisser li dik-propjeta hija tal-partit. Dan ma kienx facli li jsir, izda b’perserveranza minn naha taghna dan irnexxielna nwettquh. Kien fil-21 ta April 1976, li gejna infurmati minn nutar Alexander Grech, li l-kuntratt kien lest. Sar appuntament ghal dak in-nhar stess. Chirkop J u nFsadni J. kaxxier u segretarju rispettivament tal-kumitat, f’isem il-kumitat iffirmaw il-kuntratt, u l-kazin ghadda b’cens ta’ 60 lira kull sena lill-kumitat.

Sa ma tlesta x-xoghol; kollu, il-kazin l-iehor baqa jiffonzjona u kien fil-11 ta’ Dicembru, 1977 inghalaq darb’ ghal dejjem, u b’festa xierqa ghamilna c-cerimonja tat-tluq mill-kazin l-qadim u l-ftuh tal-kazin il- gdid. Sabiex titfakkar din id-data saret irhama ohra mal-faccata tal-kazin fuq in-naha tax-xellug u din id-darba bix-xieraq inkixfet mit-tabib D. Micallef.

Fil-kazin kien ilu jsiru fih attivitajiet organizzati mill-ferghat kollha, li issa regghu hadu l-hajja.. Il-kumitat kien jiehu hsieb l-attivitajiet politici; in-nisa kienu jorganizzaw bazaar, u tombla iz-zghazagh wkoll kienu jorganizzaw wirjiet varji w laqghat ghaz-zghazagh; kollha b’ghan wiehed li dan il-post il-gdid inrawmuh u jkun accettat mill-membri bhala d-dar taghhom. Il-membri tal-kumitat ghal darb’ ohra wrew ix-xewqa li dan il-kazin ghandu jinfetah mill- Prom Ministru u mexxej tal-partit, ghax fil-fehma taghna dan kien wiehed mill-akbar u
l-isbah kazini li kellu l-partit.

Bil-mod il-mod, bdiet tinxtara l-ghamara mehtiega ghall-kazin, kif ukoll affarijiet ohra ta’ tizjin, bhal purtieri, vetrini u wkoll kwadri, li fil-fehma taghna kienu, jfakkru diversi okkazjonijiet. Fis-sala tal-konferenzi, kien inbena palk zghir mis-sur T. Zahra, li wara tnehha biex ikun hemm spazju ahjar fis-sala.

Stennejna ghal kwazi hames snin, meta bhal sajjetta fil-bnazzi, Mintoff wera x-xewqa biex f’temp ta’ gimgha jiftah ufficjalment il-kazin. Intalab ftit taz-zmien, sabiex ikun jistghu isiru l-preparamenti ghal din l-okkazjoni, u z-zmien gie mtawwal b’gimgha ghas-7 ta’ Dicembru, 1982. Kien zmien qasir wisq imma b’rieda ta’ l-azzar ma ridnix li din l-opportunita taharbilna. Kull attivita fil-kazin giet imwaqqfa, sahansitra nghalaq ukoll il-bottegin, biex isir ix-xoghol kollu mehtieg, tindif , tibjid, ghorik mill-gdid tal-madum kif ukoll tilhaq titlesta l-irhama kommemorattiva w jigi fformulat programm xieraq. Saret gimgha ta’ attivitajiet bil-qofol ikun il-ftuh ufficjali tal-kazin mill-Prim Ministru Duminku Mintoff. Dan il-kazin kellu jkun l-ahhar kazin li Mintoff fetah bhala mexxej tal-partit.

Fuq Bazi regolari bdew isiru attivitajiet politici ; tombli, laqghat ma mistiedna w personaggi barranin li l-partit kien ikollu. Hawn ta’ min isemmi l-laqgha ma grupp Germaniz ta’ l-SPD u li maghhom kellhom ukoll lil Kancillier tal-Germanja Willy Brant. Ma nistghux nonqsu li nsemmu ir-recivament, li issa sar sinonimu mal-kazin taghna, dak ta’ l-ewwel tas-sena, meta is-socjetajiet kollha Rabtin ikunu mistiedna ghalih, ma jonqosx li din tatihom l-opportunita li jiltaqghu ma l-amministrazzjoni u l-mexxejja tal-partit; kif ukoll l-ilqugh tal baned Rabtin fil-festi tar-Rabat, kemm dik ta’ San Guzepp kif ukoll dik ta’ San Pawl.

Il-kumitat haseb biex fil-festi ta’ Jum Il-Haddiem, Jum Jum ir-Repubblika u Jum Il-Helsien il-faccata tizzejjen biex nikkomemoraw kif xieraq dawn il-festi. Mhux f’dawn il-festi biss il-faccata tizzejjen, izda wkoll fil-festi tar-Rabat u wkoll f’xi avveniment storiku. Ma jistax jonqos li l-faccata tal-kazin tintuza wkoll fl-elezzjonijiet generali kif ukoll fl-elezzjonijiet l-ohra bhal tal-kunsill lokali u dawk ghall-parlament ewropew.

Mhux kollox kien dejjem ward u zahar ! F’wahda mill-attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista zamm fir-Rabat fl-elezzjoni ta’ l-1987, il-kazin safa vittma ta’ vandalizmu sfrenat mill-partitarji nazzjonalisti. Kien il-Hadd 5 ta’ April, fejn il-Partit Nazzjonalista kellu l-permess tal-pulizija, biex jorganizza Festa Familja gor-Rabat. Bdew billi fil-ghodu saru diversi corner meetings mxerrda mar-Rabat kollu, b’hadd ma jista jghaddi minn imkien ghax kullumkien maghluq ghat-traffiku. Fin-nofs siegha kellha tibda dimostrazzjoni minn fejn il-Pjazza ta’ San Duminku sa hdejn il-Villa Rumana, fejn imbghad kellu jsir mass meeting. Ir-rotta kienet li f’ebda hin ma jghaddi xejn minn quddiem il-kazin laburista.

Lejlet din il-manifestazzjoni nazzjonalista, il-pulizija wriet ix-xewqa li l-kazin jinghalaq. Il-kumitat accetta ; biss talab il-protezzjoni tal-pulizija, li fil-fatt inghatat. Kollox deher normali sakemm ftit qabel spicca l-mass meeting kellna naraw xena, li lanqas fil-films tal-far west qatt rajna. Barra l-insulti li rcevew il-pulizija, b’mod partikulari dawk li kienu hdejn il-kazin, bdew ukoll jigu ssuttati bi flixken, gebel u materjal iehor iebes. Riedu jahbtu ghall-kazin, u dan hareg car mill-istragi li l-kazin sofra. Dan ma kienx bizzejjed ghax xi whud riedu wkoll jahbtu ghall-pulizija li kienu qed iwettqu dmirhom; kellu jintuza l-gass tad-dmugh u wkoll gew sparati tiri minn arma tan-nar. Wahhlu f’surgent li qanqal l-inkwiet, izda dan wara gie liberat minn kull akkuza. F’dawn l-incidenti wegghu wkoll xi nies. Whud mill-partitarji nazzjonalisti telghu fuq id-dar arcipretorjali u ghamlu diversi mossi oxxeni, lejn il-kazin u l-pulizija. Pero l-isbah certifikat li rcevew il-laburisti Rabtin, li ma waqghux ghal din il-provokazzjoni kollha, kien meta biex jikkondanna dak li gara Eddie Fenech Adami kellu jistqarr li f’ebda hin ta’ dawn l-incidenti ma kienu mdahhla IL-LABURISTI RABTIN.

Biex ifakkar dawn l-incidenti, meta kien hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, kien wahhal irhama li l-kontenut taghha kien tinsult lejn lir-Rabtin kollha. Pero ghalina l-laburisti l-akbar insult gie mhux mill-irhama li wahhlu in-nazzjonalisti izda mill-arcipriet tar-Rabat Dun Benny Tonna li accetta li din l-irhama tehel fuq iz-zuntier tal-knisja u li mar iberikha! B’risposta ta’ dan kollu mal-faccata tal-kazin kienet twahhlet karikatura ta’ l-arcipriet ibierk din l-irhama. Meta thabbret il-migja tal-Papa Pawlu Gwanni II f’Malta, il-kumitat hass li kellu jarma kif jixraq il-faccata, biss kien rizolut li jekk l-irhama ma titnehhix il-karikatura kellha tibqa’ hemm Dan il-messagg twassal lill-kumitat li kien qed ihejji l-festi tal-migja tal-Papa fir-Rabat u l-irhama tnehhiet. Biex juri kemm kellu ragun il-kumitat, appena l-irhama nqaghlet u tnehhiet, hareg kartellun iehor li jghid `LI MIN XARBU KIELU L-BAKKALJAW`. Sal-lum din l-irhama baqghet ma twahhletx.

Minn zmien ghal zmien baqa’ jsir tisbih u titjib fil-kazin, ghal beneficju tal-membri taghna, u wiehed mill-ahhar xogholijiet li saru hu t-tisbih tal-bottegin tal-kazin, li tmexxa mis-sur C. Zahra.

Dan hu ftit mill-hafna li sar biex il-kazin, il-lum Centru Laburista tar-Rabat, hu dak li hu. Dan qed nghiduh mhux bi ftahir ghal dak li twettaq imma biex dak li sar, ikun ta’ ezempju ghal ta’ warajna. Saru hafna sagrifficji mill-membri tal-kumitat u l-membri kollha ta’ kull zmien, li difficli nsemmuhom kollha, izda ibqghu certi li dawn saru b’impenn, li dan il-patrimonju li jaghmel gieh lil min wettqu, jghaddi lil ta’ warajhom biex jghozzu u jgawdih. Bdejna mix-xejn, izda l-lum grazzi ghal dawk kollha hajjin u mejtin li taw kontribut, zghir jew kbir, ma jimportax, imma kien bizzejjed biex illum ingawduh ahna. Dan sar ghax il-kumitat sab l-appogg tal-membri, dan sar ghax konna maghqudin, bhal ma rridu nibqghu, sabiex il-battalja li qeghda wara l-bieb; l-elezzjoni generali nirbhuha u jerga’ jkollna Gvern Laburista, kif jixraq lil Malta.

1 comment:

Anonymous said...
This comment has been removed by a blog administrator.