Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Tuesday, December 18, 2007

Aktar Ritratti esebiti - Sezzjoni BRIGATA



















Il-BRIGATA fir-rabat…..

Il-Brigata Laburista fir-Rabat twaqqfet fl-1961; wahda mill-ewwel Brigati li gew mwaqqfa. Kienu zminijiet xejn facli, izda l-membri tal-Brigata kienu jattendu regolarment u jaghtu dejjem is-sehem shih taghhom fl-attivitajiet tal-partit. Din l-ewwel Brigata damet tiffunzjona ghal sentejn shah. Ghal ragunijiet li ma jkunx hemm kontroll fuqhom il-membri bdew jonqsu u l-Brigata ftit ftit bdiet tnin sa ma baqghetx tiltaqa’ aktar.

Kien fl-1985 meta il-Brigata Laburista fir-Rabat regghet hadet il-hajja. Dak iz-zmien kienet wahda mill-akbar Brigati li kien hawn; tmenin tifel u tifla, tletin minnhom mill-Bahrija, li kienu jattendu, jitghallmu id-drill, kif ukoll idoqqu it-tnabar, bugles, melodika u flawt. Veru kien fihom ghaxqa.

Sfortunatament fl-1987 il-Partit Laburista tilef il-gvern u bosta familji, mhassbin minn possibilita’ ta’ transfers u vendikazzjonijiet b’rabta politika, kontra qalbhom kellhom jaghzlu li ma jibqghux jibghatu aktar lil uliedhom fil-Brigata. Hekk sfaxxat ukoll it-tieni Brigata Laburista fir-Rabat.

L-memorji u l-principji pero’, ma jisfaxxaw qatt !

L-akbar sodisfazzjon hu li minn dawn iz-zewg Brigati hargu laburisti attivisti kif ukoll laburisti bi principji sodi daqs l-azzar !

No comments: