Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Tuesday, December 18, 2007

Lejn 25 sena FERM AHJAR


Tragward ta 25 sena mhux cajta! Tragward ta 25 sena ifisser dedikazzjoni, ifisser impenn shih maghgun ma doza qawwija ta’ sagrificcj, l-istess sagrificcji li l-haddiem u l-poplu Malti qieghed igarrab llum.

Il-pressjonijiet, kemm fuq il-postijiet tax-xoghol kif ukoll fil-hajja ta’ kuljum huma l-kagun ta’ hafna diffikultajiet godda li qeghdin ixekklu bosta familji Maltin. Kienu hamsa u ghoxrin sena fejn fihom pajjizna ghamel passi kbar l’ quddiem izda ta’ dan kollu, kellna nhallsu prezz ghaliex hadd ma jista jichad li l-valuri u l-harsien tal-familja li tant kienu ghal qalbna sa ftit tas-snin ilu, m’ghadhomx l-istess. Imma dak li jigri meta jkollok gvern insensittiv.

Hafna minn dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena raw ukoll lil Partit Laburista fl-oppozizzjoni. Hafna minn dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena raw lil Partit Laburista fuq qudiem nett biex joffri kritika kostruttiva u fejn kien hemm bzonn joffri tama lil min sab ruhu f’diffikulta’. Il-Partit Laburista llum huwa kommess, ghandu d-dover u jinsab obbligat li jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar u fl-istess hin jaghti nifs gdid ddominat mix-xoghol, il-harsien u d-dinjita. Il-Pjan ta’ Bidu Gdid illi llum qed jishqu fuqu l-firxa wiesgha ta’ esponenti Laburisti huwa pjan li jinkludi lil kulhadd; huwa pjan li jinkludi kull settur u fuq kollox huwa pjan li joffri soluzzjonijiet u tamiet godda lil hafna u mhux lil ftit maghzulin. Huwa pjan illi intoghgob sahansitra mill-gvern tal-gurnata u ghalhekk inbena l-Budget li ghadu kif kellna fuq dawn l-istess ideat. Sahhitna, l-iskejjel taghna, ix-xoghol, l-industrija, l-ambjent, l-futur tal-Maltin u l-Ghawdxin huma kollha inkluzi fil-pjan Laburista.

Illum m’ghadux zmien ta ftahir, m’ghadux zmien ta’ intimidazzjoni u provokazzjoni kif forsi kienet l-uzanza fiz-zmenijiet meta nhasset il-htiega li jinbena Centru Laburista gdid fir-Rabat. Illum wasal z-zmien li nittrasmettu is-sens ta’ tama li bidla fi tmexxija tista’ ggib maghha. Wahda mill-ahhar arem illi n-nazzjonalisti fadlilhom hija li jikkonvincu lil massa li ma hemm l-ebda differenza bejn iz-zewg partiti u li xejn mhu se jinbidel w allura ma’ jaghmel l-ebda sens li tirriskja bidla! Dazgur li l-affarijiet jistghu jinbidlu. Ricentament, spiss qed nassistu ghal ministri u esponenti mill-kamp Nazzjonalista jargumentaw illi l-Labour m’ghandux jinghata c-cans. It-twegiba ghandha tkun; ‘pajjizna jixraqlu ahjar!’

F’xenarju bhal dan, l-ghazla ghandha tkun wahda semplici bejn kabinett ghajjien, skadut u mifni bil-korruzzjoni ghal kabinett determinat, ambizzjuz, mimlija b’tama gdida, energija f’waqtha u ideat friski ghal Maltin u l-Ghawdxin kollha. Jonqos biss l-fiducja taghna lkoll. Ghal gid ta’ pajjizna u ta’ uliedna, l-hamsa u ghoxrin sena li ghandna quddiemna ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ta’ tmexxija ghaqlija, serja u energetika; ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ghaliex le? ta’ Gvernijiet Laburisti!

Ghandhom ikunu hamsa u ghoxrin sena ferm u ferm ahjar! Jiddependi minna issa!

Aktar Ritratti....







Aktar Ritratti esebiti - Sezzjoni BRIGATA



















Il-BRIGATA fir-rabat…..

Il-Brigata Laburista fir-Rabat twaqqfet fl-1961; wahda mill-ewwel Brigati li gew mwaqqfa. Kienu zminijiet xejn facli, izda l-membri tal-Brigata kienu jattendu regolarment u jaghtu dejjem is-sehem shih taghhom fl-attivitajiet tal-partit. Din l-ewwel Brigata damet tiffunzjona ghal sentejn shah. Ghal ragunijiet li ma jkunx hemm kontroll fuqhom il-membri bdew jonqsu u l-Brigata ftit ftit bdiet tnin sa ma baqghetx tiltaqa’ aktar.

Kien fl-1985 meta il-Brigata Laburista fir-Rabat regghet hadet il-hajja. Dak iz-zmien kienet wahda mill-akbar Brigati li kien hawn; tmenin tifel u tifla, tletin minnhom mill-Bahrija, li kienu jattendu, jitghallmu id-drill, kif ukoll idoqqu it-tnabar, bugles, melodika u flawt. Veru kien fihom ghaxqa.

Sfortunatament fl-1987 il-Partit Laburista tilef il-gvern u bosta familji, mhassbin minn possibilita’ ta’ transfers u vendikazzjonijiet b’rabta politika, kontra qalbhom kellhom jaghzlu li ma jibqghux jibghatu aktar lil uliedhom fil-Brigata. Hekk sfaxxat ukoll it-tieni Brigata Laburista fir-Rabat.

L-memorji u l-principji pero’, ma jisfaxxaw qatt !

L-akbar sodisfazzjon hu li minn dawn iz-zewg Brigati hargu laburisti attivisti kif ukoll laburisti bi principji sodi daqs l-azzar !

MALTASTAR.com reports..

25th anniversary –
Rabat Labour Committee remembers times gone by...


Last Friday, December 7th marked the 25th anniversary from the opening of the Malta Labour Party Club premises in Rabat. It summed up a whole week of activities which had started with Dr. Stefan Zrinzo Azzoppardi officially opening of a unique photographic exhibition showing significant episodes from the Labour Party’s history attached to this locality.

Discussions, including the likes of former minister Dr. Daniel Micallef as well as the wife of late acting President Pawlu Xuereb; Edwige Xuereb, helped rekindle memories of times gone by. The likes of Joe Fsadni, Maria Camilleri, Inez Giordimaina, Josephine Fenech, Joseph Chirchop and Nenu Vassallo who have all been instrumental along the years throughout various Labour party committee ranks, also narrated the highs and lows of early committees and the sacrifices early members had to endure to achieve what has been achieved in this day.

Malta Labour Party leader Dr. Alfred Sant accompanied by Dr. Charles Mangion brought the week-long celebrations to a close on Friday, uncovering a special plaque commemorating the club’s 25th year anniversary.

Dr. ALFRED SANT jirringrazzja lir-RABTIN

Programm ta Celebrazzjonijiet...

It-Tnejn 3 ta’ Diċembru fis- 6.00 pm – Ftuħ ta’ wirja minn Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi. Diskussjoni bejn dawk li għexu dak iż-żmien importanti għal Laburisti Rabtin. Preżentazzjoni ta fuljett kommemorattiv. Refreshments jiġu servuti matul l-attivita’.

It-Tlieta 4 ta’ Diċembru fis-6.00 pm – Finali tal-kompetizzjoni tal-billiard u kompetizzjoni tal-birra u wara jitqassmu rigali lir-rebbieħa.

L-Erbgħa 5 ta’ Diċembru fis-6.00 pm – Diskussjoni bit-tema “ 25 sena ta’ Hidma” mistieden speċjali Dr. Charles Mangion Deputat Mexxej.

Il-Ħamis 6 ta’ Diċembru fis-6.00 pm – Attivita’ soċjali fil-każin (Lejla Maltija u tombla)

Il-Gimgħa 7 ta’ Diċembru fis-6.30 pm – Kxif ta’ Lapida fis-sala minn Dr. Alfred Sant Mexxej tal-Partit. Diskorsi ta’ l-okkazjoni, segwiti minn riċeviment zgħir għal membri kollha tal-każin.

Celebrazzjonijiet 25 sena anniversarju







Tuesday, December 11, 2007

Messagg minn Dr. Sant


Għeżież sħabi Rabtin,
Nifraħ magħkom illum meta flimkien qed infakkru il-25 sena minn meta ċ-Ċentru laburista preżenti fetaħ il-bibien tiegħu. Kienu bosta l-voluntiera li ħabierku sabiex il-Partit Laburista jkollu post akbar u aktar modern minn dak li kellu qabel, jiġifieri l-Każin li kien aktar l-isfel fit-Triq San Pawl biswit Triq Doni.

It-tħabrik ta’ bosta Laburisti Rabtin, fuq quddiem nett, l-Ex Agent President tar-Repubblika u Ex Ministru Laburista Pawlu Xuereb u l-Ex Ministru Laburista t-Tabib Daniel Micallef, ma bosta voluntiera, wasslu sabiex nhar is-sebgha ta’ Diċembru 1982 il-Perit Duminku Mintoff, dakinhar Prim Ministru, inawgura dan iċ-Ċentru.

Minn dakinhar sal-lum, saret kull forma ta’ ħidma f’dan iċ-Ċentu, mijiet ta’ laqgħat u attivitajiet ta’ kull xorta. Pero’ l-għan jibqa dejjem l-istess wieħed, dak li l-messaġġ tal-Partit Laburista jasal għand kulħadd. Naturalment dan kollu sar bl-għajnuna ta’ bosta minnkom, li tul dan iż-żmien, ħdimtu fil-kumitati u barra bħala voluntiera fi ħdan il-Partit Laburista fir-Rabat.
Għalhekk illum qed nifraħ magħkom, imma wkoll bħala Mexxej tal-Partit nirringrazzjakhom tax-xogħol kbir li għamiltu. Kien bid-determinazzjoni u l-impenn kontinwu tagħkom li lħaqna dawn ir-riżultati. Minn dan iċ-Ċentru, sar ix-xogħol sabiex illum fir-Rabat għandna l-Kunsill Lokali Laburista li mpennja ruħu sabiex iwettaq ix-xogħol li sebbaħ ir-Rabat u għamlu fost l-isbaħ f’pajjiżna. Sar xogħol kbir mill-istess Kunsill Lokali f’kull qasam b’risq ir-Rabtin kollha. Dan ikompli iħalli l-ġid fir-Rabat.

Irridu issa nħarsu l’quddiem. Irridu naħdmu lkoll flimkien; għalhekk fassalna l-Pjan Għal Bidu Ġdid biex niprovdu viżjoni għal Malta. Għanda ħafna proposti konkreti li nwettqu flimkien. Nissuktaw fil-ħidma, imma wkoll inkomplu nħejju l-għodda tagħna sabiex ix-xogħol ikun aktar effettiv. B’dan l-impenn, nersqu l-quddiem flimkien sabiex fil-futur qrib lil pajjiżna intuħ Bidu Ġdid b’Xogħol, Ħarsien u Dinjita’.
Alfred Sant
Mexxej

Il-Kazin kif nafuh illum...


Kazin Gdid - 25 sena ..

Wara l-konferma ta’ l-akkwist tal-post il-gdid, 30 triq San Pawl, ic-cwievet gew mghoddija lill-kumitat li mill-ewwel fetah kontatti mal-perit Salvu Privitera, li mill-ewwel u bil-ferh accetta li jkun il-perit tal-kazin il-gdid. Wara diversi laqghat li ghalihom kien ikun hemm Chirkop J. u Zahra C.u gieli ohrajn ukoll, thejjew il-pjanti u ntefghet l-applikazzjoni ghall-permessi mehtiega. Meta dawn gew approvati mid-dipartimenti koncernati kollha beda t-twaqqigh tal-bini ta’ l-ex ghassa. Dan ix-xoghol kien fdat lill-Kumpanija ta’ Gatt Brothers tal-Mosta. Ix-xoghol tal-bini kien beda mis-sur Agius C. (il-Gagin) tal-Bahrija, li sa kemm wasal ghat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla marad u ma setax ikompli.

Il-kumitat hass li kellu jghamel cerimonja ufficjali tat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla. Din saret fis-6 ta’ Lulju. 1974 kif tixhed l-irhama kommemorattiva li hemm fuq il-lemin tal-faccata tal-kazin. Il-gebla tpoggiet mill-ministru P. Xuereb, tbierket mill-Arcipriet tar-Rabat Dun Pawl Attard u bhala xiehda kien hemm l-Ministru P. Holland u t-tabib D, Micallef. Kien sar marc bil-banda tal-brigata laburista fit-toroq tal-madwar.

Ghalkemm il-pjanti tal-post kollu kienu approvati, il-kumitat hass li kellu jaqsam il-bini tal-kazin fi tnejn. L-ewwel parti kienet li nibnu
l-ewwel sular, imbaghad, wara li nezaminaw il-qaghda finanzjarja tal-kumitat, nersqu quddiem il-membri biex jiddeciedu fuq it-tieni fazi tatt-tkomplija tal-bini. Ix-xoghjol fuq il-bini ta’ l-ewwel sular kien inata lid-Ditta Gatt Brothers, li kellha l-inkarigu li tlesti sas-saqaf ta’ l-ewwel sular b’bokka ghat-tieni sular. Meta dan tlesta fil-kumitat kien hemm opinjoni maqsuma ghax kien hemm min ried jieqaf u jitkompla aktar ‘l quddiem u ohrajn li riedu jkomplu bil-kostruzzjoni. Il-Konferenza Generali kienet iddeciediet li la darba ma kienx hemm djun kellna nibqghu sejjrin bix-xoghol.

Ix-xoghol ta’ l-ahhar fazi tal-kazin, il-bini ta’ t-tieni sular u l-bjyt, gie fdat f’id l-imghallem Joseph Busuttil u siehbu Mifsud Lawrence. Meta din il-fazi tlestiet ukoll, beda x-xoghol fuq l-aperturi, il-madum u d-dawl. Ix-xoghjol tal-madum, bil-kollaborazzjoni ta’ P. Scerri tmexxa mis-sur Brincat E. Dawn mhux biss raw li l-madum jehel izda dahlu wkoll ghal l-inkarigu li l-madum ta’ l-intrata u tat-tarag jahdmuh huma stess, kemm il-darba niprovdu l-materjal. Hekk sar Id-dawl gie fdat lis-sur Mifsud C. Waqt li l-aperturi t’isfel inhadmu mis-sur Borg E. u dawk tas-sular ta’ fuq mis-sur Galea T. Is-sur Casha G. lesta d-disinn tal-bottegin, li l-ghamara ghalih giet ordnata w mahduma mid-Ditta Invicta, u xoghol dekorattiv tieghu fil-gebel inhadem mis-sur
Micallef P.

Fil-waqt li kien ghaddej dan ix-xoghol, il-kumitat kien qieghed jirsisti biex il-kirja tigi mdawwra f’cens, dan b’hekk ikun ifisser li dik-propjeta hija tal-partit. Dan ma kienx facli li jsir, izda b’perserveranza minn naha taghna dan irnexxielna nwettquh. Kien fil-21 ta April 1976, li gejna infurmati minn nutar Alexander Grech, li l-kuntratt kien lest. Sar appuntament ghal dak in-nhar stess. Chirkop J u nFsadni J. kaxxier u segretarju rispettivament tal-kumitat, f’isem il-kumitat iffirmaw il-kuntratt, u l-kazin ghadda b’cens ta’ 60 lira kull sena lill-kumitat.

Sa ma tlesta x-xoghol; kollu, il-kazin l-iehor baqa jiffonzjona u kien fil-11 ta’ Dicembru, 1977 inghalaq darb’ ghal dejjem, u b’festa xierqa ghamilna c-cerimonja tat-tluq mill-kazin l-qadim u l-ftuh tal-kazin il- gdid. Sabiex titfakkar din id-data saret irhama ohra mal-faccata tal-kazin fuq in-naha tax-xellug u din id-darba bix-xieraq inkixfet mit-tabib D. Micallef.

Fil-kazin kien ilu jsiru fih attivitajiet organizzati mill-ferghat kollha, li issa regghu hadu l-hajja.. Il-kumitat kien jiehu hsieb l-attivitajiet politici; in-nisa kienu jorganizzaw bazaar, u tombla iz-zghazagh wkoll kienu jorganizzaw wirjiet varji w laqghat ghaz-zghazagh; kollha b’ghan wiehed li dan il-post il-gdid inrawmuh u jkun accettat mill-membri bhala d-dar taghhom. Il-membri tal-kumitat ghal darb’ ohra wrew ix-xewqa li dan il-kazin ghandu jinfetah mill- Prom Ministru u mexxej tal-partit, ghax fil-fehma taghna dan kien wiehed mill-akbar u
l-isbah kazini li kellu l-partit.

Bil-mod il-mod, bdiet tinxtara l-ghamara mehtiega ghall-kazin, kif ukoll affarijiet ohra ta’ tizjin, bhal purtieri, vetrini u wkoll kwadri, li fil-fehma taghna kienu, jfakkru diversi okkazjonijiet. Fis-sala tal-konferenzi, kien inbena palk zghir mis-sur T. Zahra, li wara tnehha biex ikun hemm spazju ahjar fis-sala.

Stennejna ghal kwazi hames snin, meta bhal sajjetta fil-bnazzi, Mintoff wera x-xewqa biex f’temp ta’ gimgha jiftah ufficjalment il-kazin. Intalab ftit taz-zmien, sabiex ikun jistghu isiru l-preparamenti ghal din l-okkazjoni, u z-zmien gie mtawwal b’gimgha ghas-7 ta’ Dicembru, 1982. Kien zmien qasir wisq imma b’rieda ta’ l-azzar ma ridnix li din l-opportunita taharbilna. Kull attivita fil-kazin giet imwaqqfa, sahansitra nghalaq ukoll il-bottegin, biex isir ix-xoghol kollu mehtieg, tindif , tibjid, ghorik mill-gdid tal-madum kif ukoll tilhaq titlesta l-irhama kommemorattiva w jigi fformulat programm xieraq. Saret gimgha ta’ attivitajiet bil-qofol ikun il-ftuh ufficjali tal-kazin mill-Prim Ministru Duminku Mintoff. Dan il-kazin kellu jkun l-ahhar kazin li Mintoff fetah bhala mexxej tal-partit.

Fuq Bazi regolari bdew isiru attivitajiet politici ; tombli, laqghat ma mistiedna w personaggi barranin li l-partit kien ikollu. Hawn ta’ min isemmi l-laqgha ma grupp Germaniz ta’ l-SPD u li maghhom kellhom ukoll lil Kancillier tal-Germanja Willy Brant. Ma nistghux nonqsu li nsemmu ir-recivament, li issa sar sinonimu mal-kazin taghna, dak ta’ l-ewwel tas-sena, meta is-socjetajiet kollha Rabtin ikunu mistiedna ghalih, ma jonqosx li din tatihom l-opportunita li jiltaqghu ma l-amministrazzjoni u l-mexxejja tal-partit; kif ukoll l-ilqugh tal baned Rabtin fil-festi tar-Rabat, kemm dik ta’ San Guzepp kif ukoll dik ta’ San Pawl.

Il-kumitat haseb biex fil-festi ta’ Jum Il-Haddiem, Jum Jum ir-Repubblika u Jum Il-Helsien il-faccata tizzejjen biex nikkomemoraw kif xieraq dawn il-festi. Mhux f’dawn il-festi biss il-faccata tizzejjen, izda wkoll fil-festi tar-Rabat u wkoll f’xi avveniment storiku. Ma jistax jonqos li l-faccata tal-kazin tintuza wkoll fl-elezzjonijiet generali kif ukoll fl-elezzjonijiet l-ohra bhal tal-kunsill lokali u dawk ghall-parlament ewropew.

Mhux kollox kien dejjem ward u zahar ! F’wahda mill-attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista zamm fir-Rabat fl-elezzjoni ta’ l-1987, il-kazin safa vittma ta’ vandalizmu sfrenat mill-partitarji nazzjonalisti. Kien il-Hadd 5 ta’ April, fejn il-Partit Nazzjonalista kellu l-permess tal-pulizija, biex jorganizza Festa Familja gor-Rabat. Bdew billi fil-ghodu saru diversi corner meetings mxerrda mar-Rabat kollu, b’hadd ma jista jghaddi minn imkien ghax kullumkien maghluq ghat-traffiku. Fin-nofs siegha kellha tibda dimostrazzjoni minn fejn il-Pjazza ta’ San Duminku sa hdejn il-Villa Rumana, fejn imbghad kellu jsir mass meeting. Ir-rotta kienet li f’ebda hin ma jghaddi xejn minn quddiem il-kazin laburista.

Lejlet din il-manifestazzjoni nazzjonalista, il-pulizija wriet ix-xewqa li l-kazin jinghalaq. Il-kumitat accetta ; biss talab il-protezzjoni tal-pulizija, li fil-fatt inghatat. Kollox deher normali sakemm ftit qabel spicca l-mass meeting kellna naraw xena, li lanqas fil-films tal-far west qatt rajna. Barra l-insulti li rcevew il-pulizija, b’mod partikulari dawk li kienu hdejn il-kazin, bdew ukoll jigu ssuttati bi flixken, gebel u materjal iehor iebes. Riedu jahbtu ghall-kazin, u dan hareg car mill-istragi li l-kazin sofra. Dan ma kienx bizzejjed ghax xi whud riedu wkoll jahbtu ghall-pulizija li kienu qed iwettqu dmirhom; kellu jintuza l-gass tad-dmugh u wkoll gew sparati tiri minn arma tan-nar. Wahhlu f’surgent li qanqal l-inkwiet, izda dan wara gie liberat minn kull akkuza. F’dawn l-incidenti wegghu wkoll xi nies. Whud mill-partitarji nazzjonalisti telghu fuq id-dar arcipretorjali u ghamlu diversi mossi oxxeni, lejn il-kazin u l-pulizija. Pero l-isbah certifikat li rcevew il-laburisti Rabtin, li ma waqghux ghal din il-provokazzjoni kollha, kien meta biex jikkondanna dak li gara Eddie Fenech Adami kellu jistqarr li f’ebda hin ta’ dawn l-incidenti ma kienu mdahhla IL-LABURISTI RABTIN.

Biex ifakkar dawn l-incidenti, meta kien hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, kien wahhal irhama li l-kontenut taghha kien tinsult lejn lir-Rabtin kollha. Pero ghalina l-laburisti l-akbar insult gie mhux mill-irhama li wahhlu in-nazzjonalisti izda mill-arcipriet tar-Rabat Dun Benny Tonna li accetta li din l-irhama tehel fuq iz-zuntier tal-knisja u li mar iberikha! B’risposta ta’ dan kollu mal-faccata tal-kazin kienet twahhlet karikatura ta’ l-arcipriet ibierk din l-irhama. Meta thabbret il-migja tal-Papa Pawlu Gwanni II f’Malta, il-kumitat hass li kellu jarma kif jixraq il-faccata, biss kien rizolut li jekk l-irhama ma titnehhix il-karikatura kellha tibqa’ hemm Dan il-messagg twassal lill-kumitat li kien qed ihejji l-festi tal-migja tal-Papa fir-Rabat u l-irhama tnehhiet. Biex juri kemm kellu ragun il-kumitat, appena l-irhama nqaghlet u tnehhiet, hareg kartellun iehor li jghid `LI MIN XARBU KIELU L-BAKKALJAW`. Sal-lum din l-irhama baqghet ma twahhletx.

Minn zmien ghal zmien baqa’ jsir tisbih u titjib fil-kazin, ghal beneficju tal-membri taghna, u wiehed mill-ahhar xogholijiet li saru hu t-tisbih tal-bottegin tal-kazin, li tmexxa mis-sur C. Zahra.

Dan hu ftit mill-hafna li sar biex il-kazin, il-lum Centru Laburista tar-Rabat, hu dak li hu. Dan qed nghiduh mhux bi ftahir ghal dak li twettaq imma biex dak li sar, ikun ta’ ezempju ghal ta’ warajna. Saru hafna sagrifficji mill-membri tal-kumitat u l-membri kollha ta’ kull zmien, li difficli nsemmuhom kollha, izda ibqghu certi li dawn saru b’impenn, li dan il-patrimonju li jaghmel gieh lil min wettqu, jghaddi lil ta’ warajhom biex jghozzu u jgawdih. Bdejna mix-xejn, izda l-lum grazzi ghal dawk kollha hajjin u mejtin li taw kontribut, zghir jew kbir, ma jimportax, imma kien bizzejjed biex illum ingawduh ahna. Dan sar ghax il-kumitat sab l-appogg tal-membri, dan sar ghax konna maghqudin, bhal ma rridu nibqghu, sabiex il-battalja li qeghda wara l-bieb; l-elezzjoni generali nirbhuha u jerga’ jkollna Gvern Laburista, kif jixraq lil Malta.

Twaqqiegh ta' l-ghassa fejn jinsab il-Kazin prezenti


Sabiex ma jintesghux ... Kitba ta Joe Fsadni



Il-Partit Laburista fir-Rabat, ilu jkun rapprezentat minn kumitat mghazul minn fost il-membri tieghu sa minn Ottubru 1946. Kienet il-hbiberija li nibtet bejn numru ta’ zghazagh Rabtin, ma diversi attivisti Laburisti, fosthom Duminku Mintoff, li meta fis-sajf kienu jiltaqghu , fuq it-teraazzin tal-lukanda ‘Point De Vu’, ujiddiskutu l-politika w l-organizzazzjoni tal-partit, thajru li huma wkoll iwaqqfu kumitat laburista fir-Rabat. L-ewwel kumitat mahtur kien hekk:- President Ganado G., V. President Cauchi E., Segretarju Micallef W., Kaxxier Calleja J., Revizur Farrugia A. li sena wara lahaq president u dam f’din il-kariga sa mewtu, fl-1970. Membri kienu Agius J., Azzopardi F.,Bugeja E.,Debono A.,Ellul S.,Genovese J., Micallef P., Terri J., Tonna M.u Vella P.

Fl-ewwel gvern Laburista, fir-Rabat kienet tinhaset htiega kbira ta’ Skola primarja ghas-subien, ghax dik ezistenti kienet fl-Imdina, w ghalhekk kienu thejjew il-pjanti biex tinbena skola gdida fi triq Kola Xara. Meta il-partit inqasam fuq il-kwistjoni tal-Marshall Aid fl-1949, fl-laqgha Generali tal-partit kien gie propost lil Duminku Mintoff bhala mexxej gdid. In-nomina tieghu kienet sekondata mis-segretarju ta’ dan il-kumitat Micallef W. Bejn l-1950 u l-1955 kienu saru tlett elezzjonijiet ohra li ntrebhu mill-Partit Nazzjonalista, li biex jifforma gvern kellu jghamel ko-allizzjoni mal Malta Workers Party ta; P. Boffa.

F.dan il-perjodu l-kumitat kien responsabli li jmexxi l-propoganda fil-lokal u dan kien isir permezz ta’ corner meetings mxerrda mar-Rabat kollu. Mezz iehor kienu jkunu il-laqghat informali fil-hwienet u l-kazini tar-Rabat; bl-aktar maghrufa kienu l-hanut ta Portelli P., Pearson A. u Ciantar A. li barra li fihom kienu jingabru ghadd ta’ haddiema, kienu wkoll id-distributuri tal-gurnalizmu laburist. Xoghol iehor relatat ma l-elezjoni kien fil-mili tal-formoli ta’ l-applikanti ghall-vot, u li jaraw li dawn jidhlu fir-registru elettorali, biex ikunu eligibli ghall-vot. F’dan iz-zmien il-kumitat kien ghamel xi tentattivi li jkollu fond minn fejn jahdem, izda dawn it-tentattivi ma rnexxewx.

Kien fl-elezzjoni ta’ 1955 li l-Partit Laburista rega’ rebah il-gvern. Saru riformi kbar fil-qasam tas-servizzi socjali, edukazzjoni, w housing. Fir-Rabat inbnew il-Flats ta’ Gheriexem. Ghal din l-elezzjoni l-partit, fil-programm elettorali kellu li jitlob l-Integration mal-gvern Ingliz biex il-Maltin jigu bi drittijiet bhal ta’ l-Inglizi, jew, jekk in-negozjati jfallu tintalab l-Indipendenza ghal Malta. Is-slogan ghal dan il-programm kien ta’ Malta l-Ewwel u Qabel Kollox.. Meta it-tahdidiet ta’ l-integration fallew u ntalbet l-indipendenza, qamu l-irwiefen kollha kontra l-partit. L-Awtoritajiet Ekklesjastici Maltin bdew l-ewwel ibbezzghu bid-divorzju, u wara bil-komunizmu, halltu r-religjon mal-politika. Minn naha l-ohra l-Gvern Ingliz hedded bis-sensji. B’dan kollu l-partit xorta baqa’ ghaddej bil-hidma tieghu; fuq il-front lokali jfiehem lill-poplu l-Indipendenza li ried igib, u fuq il-front barrani b’kuntatti ma minn kien ihoss li jista’ jghin fil-kawza taghna. Dan wassal biex l-awtoritajiet ekklesjastici maltin imponew l-Interdett fuq l-ezekuttiv tal-partit u wkoll piena tad-dnub il-mejjet fuq kull min b’xi mod jew iehor kellu konnessjoni jew simpatija mal-partit.

Dan ma qatghax qalb il-Laburisti, tant li f’dan il-perjodu twieldu fi hdan il-partit ferghat godda; bhal l-Ghaqda nisa Laburisti, L-Ghaqda Zghazagh Laburisti, u wkoll il-Brigata Laburista. Dawn it-tlett ferghat twieldu wkoll fir-Rabat, tant li nsibu li f’Gunju 1958 gie mahtur l-ewwel kumitat taz-zghazagh, bl-ewwel laqgha tieghu issir fil-Black Cat Bar, ftit wara twaqqfet l-Ghaqda Nisa Laburisti, u fl-ahhar il-Brigata Laburista, li kienet titmexxa fuq is-sistema tal-boys scouts.

Bil-hegga gdida taz-zghazagh, Spiteri J. kien ressaq l-offerta ta’ Pietru Muscat, biex il-partit jghamel uzu minn karma zghira li kellu fuq il-hanut, Central Bar, u li kellha bieb ghaliha bin-numru 17, fi Pjazza San Katald. F’din il-kamra kienu ngabru l-kumitati kollha u minna gew organizzati diversi attivitajiet. Konferenzi politici, laqghat tal-kumitat u laqghat generali ital-kumitat, esibizzjonijiet u wkoll saret librerija zghira. Barra dan minn hawn il-kumitati daqqa f’isem wiehed u daqqa f’isem iehor organizzaw diversi karrijiet ghal l-okkazjoni ta’ l-Ewwel ta’ Mejju, li l-partit kien jorganizza bi kbir fil-belt u gieli wkoll fil-Hamrun, skond il-permess tal-pulizija. Kien ukoll organizza banda tal-brigata laburista li kienet tiehu sehem fl-attivitajiet organizzati mill-partit.

Meta l-Ghaqda Zghazagh Laburisti bidet torganizzaa l-Battle of Flowers, taht id-direzzjoni tas-sur Agius A. kienu jigu prezentati l-isbah u l-aqwa karrijiet ghal din l-isfilata. Il-kumitat kien ukoll jiehu sehem fil-Karnival tal-Maltin, li minkejja li ma kienx ikun fih premjijiet kien qatel ghal kollox il-Karnival ufficjali tal-gvern, li l-partit kien ibbokotja.

Fatt importanti u li ghandu jibqa’ jigi mfakkar hu meta Pietru Muscat kellu kontra qalbu jitlobna ma nuzawx il-post tieghu, ghax is-sid ried idahhlu l-qorti, kemm il-darba jhallina nuzaw din il-kamra. Fhimna l-qaghda li gie fiha u bil-kwiet gbarna kull ma kellna w ergajna bdejna niltaqghu fid-djar privati, partikulari ghand P. Xuereb 1, triq tal-Virtu u ghand is-segretarju 20, triq San Pawl.

Il-kumitat hass li kellu jghamel sforz u jsib post addattat u jiftah kazin fir-Rabat. Gew konsiderati diversi postijiet, izda jew ghax il-prezz mitlub kien gholi wisq ghalina, jew ghax il-kumitat hass li ma kienx f’pozizzjoni tajba u central, kellu jwarrabhom. Ghalhekk bqajna minghajr fond minn fejn noperaw. Meta Is-sur P. Xuereb gie bil-proposta ghax-xiri tal-fond numru 63, Triq San Pawl, il-kumitat ma kienx f’qaghda finanzjarja tajba biex jixtri. Issejhet talba ghal xiri lil membri w ohrajn, ta’ cedoli ta’ hames liri l-wahda li kienu qed jigu mislufa bla interess lill-kumitat u li kienu pagabli fi zmien 12 il sena. Ir-respons ghal dan kien inkoragganti, u ghalkemm mhux sufficjenti biex ikollna s-somma kollha mehtiega; il-kumitat bl-ghajnuna tas-sur D. Degiorgio u P. Xuereb irnexxielu jgib self iehor mid-Ditta Pepsi Cola, biex hekk seta’ jsir il-kuntratt tax-xiri tal-post. Dan il-kuntratt kien sar quddiem in-nutar J. Abela LLD.

Kien mehtieg ta’ olterazzjoni kbira biex stajna nuzawh bhala kazin. Ix-xoghol tal-kostruzzjoni tmexxa mis-sur J. Chirkop, J. Schembri u J. Fsadni. Ix-xoghol tal-konkos tmexxa mis-sur Portelli W., id-dawl mis-sur Mifsud C, it-tikhil mis-sur Bugeja J u Graham C, waqt li d-dekorazzjoni tal-bar mis-sur Agius A. u Agius M. Meta dan kollu kien lest il-Kumitat li kien compost minn President Schembri J., Vici President Borg E., Segretarju Fsadni J., Kaxxier Chirkop J., Seg. Propoganda Scerri P., membri Bugeja W., Fenech J. Spiteri J., Vassallo C., u Zahra C. Ma dawn kien hemm ukoll bhala membri co-opted is-sinjuri Borg M., Chirkop C., Micallef P., u Vassallo C., li baqghu attivi f’isem l-Ghaqda Nisa Laburisti. Mat-tlestija tal-kazin, il-kumitat iddecieda li jiftah il-bibien tieghu ghall-membri, biss hass li sakemm titjieb il-qaghda finanzjarja tal-kumitat, il-kumitat kellu jidhol ghat tmexxija tal-bottegin hu stess fil-waqt li n-nisa jghinu fit-tindif.

Il-ftuh ufficjali ta’ dan il-post bhala l-ewwel kazin Laburista, fir-Rabat, sar nhar il-11 ta’ Dicembru, 1969 mill-mexxej tal-partit Duminku Mintoff u tbierek mill-Arcipriet tar-Rabat Dun Pawl Attard.

Fl-elezzjoni tal-1971 il-partit rega’ rebah il-gvern. Il-kampanja elettorali kienet issir minn dan il-post. Mhux biss ppjanajna il-kampanja elettorali, izda bil-mod gbarna id-dokumenti li kellna u wkoll hdimna biex jikber in-numru ta’ membri tesserati. Dan kollu rnexxa u deher, ghax meta gejna biex norganizzaw l-ewwel laqgha generali annwali, biex jinhatar kumitat gdid, tant kienet kbira l-attendenza tal-membri li sahansitra barra s-sala mlejna t-tarag u wkoll il-bottegin. Bil-post propjeta taghna stajna, kull nhar ta’ Hadd fil-ghodu, meta konna fil-gvern, niltaqghu ma diversi membri u nismghu dak kollu li riedu jwasslu lill-partit.

Kien waqt seduta tal-kumitat, meta t-tabib Daniel Micallef ressaq proposta biex il-kumitat jikteb ittra u jitlob lill-ministru ta’ l-artijiet, Dr. Patrick Holland biex il-kumitat jakkwista u jghamel uzu mill-ex-ghassa tal-pulizija, li kienet vojta peress li ‘ssa kienet giet trasferita fic-centru civiku. Din it-talba saret u f’qasir zmien gejna mghajta biex nikru dan il-post. Bhala pozizzjoni ma setghax ikun ahjar, izda kif kien imqassam il-post ma tantx seta’ jilhaq l-ghanijiet taghna u jservina ta kazin. F’laqgha mal-Ministru Holland wrejna x-xewqat taghna, u hrigna minn hemm bl-impressjoni li stajna nkomplu bil-pjanijiet li kellna f’mohhna.

Celebrazzjoni - Rebh ta' karru ta' l-1 ta' Mejju

Kumitat 1967


Sunday, December 9, 2007

25 sena ilu... - Kitba ta' Josephine Fenech

Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd. Hekk ghaddew hamsa u ghoxrin sena mill- ftuh tal-kazin laburista fir-Rabat. Illum bix-xieraq nirriflettu ftit fuq iz-zminijiet xejn facli li ghaddejna minnhom sakemm wasalna biex ksibna dan il-kazin sabih.

Kwalunkwe g]aqda li titwaqqaf ssib diffikulta’ kbira biex tiffunzjona meta ma jkollix fejn tag]mel il-laqg]at u l-attivitajiet tag]ha. Ma jistax jonqos li dawn id-diffikultajiet ma ltaqg]ux mag]hom ukoll l-ewwel kumitati laburisti li twaqqfu fir-Rabat. Minkejja dan kollu bir-rieda ta’ l-azzar u bil-hegga taz-zoghzija il-membri ta dawn il-kumitati g]allmu u xerrdu l-ideal laburista fir-Rabat. L-ewwel laqg]at ta’ dawn il-kumitati kienu jsiru fid-djar tal-membri li kienu jolternaw bejniethom biex ma jmorrux dejjem g]and l-istess membru tal-kumitat. Missieri kien segretarju tal-kumitat f’dak iz-zmien u ghalkemm kont ghadni ta’ eta’ zghira niftakar wisq tajjeb il-laqghat tal-kumitat isiru fid-dar taghna.

Barra l-kumitat lokali twaqqfet ukoll il-ferg]a ta\-\ag]\agh laburisti. Kull min seta’ beda jg]in biex jara l-partit laburista jissa]]ah u jikber fir-Rabat. Hekk insibu lill- propjetarju tal-Black Cat Bar li offra l-kamra ta’ fuq il-]anut tieg]u biex tintu\a g]all-laqg]at tal-kumitati u anke biex isiru fiha l-Konferenzi {enerali Annwali.

Fis-snin sittin il-kumitat avviccina lil Pietru Muscat il-luzzula’. Dan Pietru kellu ]anut \g]ir (titottla) fuq San Katald u fuq dan il-]anut kellu kamra \g]ira. Il-kumitat talab lil Pietru biex jikrilna din il-kamra u dan a``etta. Issa mhux biss il-kumitat lokali u ta\-\ag]\ag] bdew jiltaqg]u [o din il-kamra i\da wkoll it-tfal tal-Brigata. Jiena kont nag]mel parti mill Brigata Laburista. Din il-kamra kienet timtela bit-tfal, kif ukoll bit-tnabar, bil-katuba u l-bugles. Meta konna ndoqqu l-]oss tat-tnabar u l-katuba kien jirbombja g]ax il-kamra ma kienetx xi sala fejn il-]oss jista jinfirex. I\da Pietru l-luzzula’ mill-kappell li kellu sellmilna u llum ma nistg]ux niftakru fih bla ma nlissnu talba g]al ru]u, g]ax dik il-kamra servietna ta’ [id kbir.

Biex il-laburisti Rabtin ikunu waqqfu l-ferg]at kollha tal-partit, twaqqaf ukoll il-kumitat tan-nisa. Il-kumitat tan-nisa beda jiltaqa’ f’kamra f’kerrejja fi Triq Cosmana Navarra. Din il-kamra kienet ta’ Delina Bugeja wa]da mill-membri tal-kumitat tag]na u peress li din il-kamra ma kienet ta’ ebda u\u g]al Delina din offritilna li nu\awha g]al-laqg]at tag]na. G]amilna \mien mhux ]a\in niltaqg]u hemm u meta omm Delina riedet il-kamra g]al u\u tag]ha Delina ma ]asbithiex darbtejn u qaltilna biex nag]mlu l-laqg]at tag]na regolarment fid-dar tag]]a.

Il-kumitat lokali rnexxielu jikri d-dar Nru. 63 fi Triq San Pawl ir-Rabat. Din id-dar ikkonvertiha f’ka\in bl-ewwel kamra b]ala Bar u l-kumplament fejn isiru l-laqg]at u l-attivitajiet. Il-kumitati kollha ]admu qatig] biex faddallna kemm fla]na flus biex xi darba jkollna il-ka\in veru tag]na. Konna nag]mlu attivitajiet diversi g]al qlieg] tal-flus. Il-kumitat lokali u ta\-\ag]\ag] g]amel bi``a xog]ol kbira biex qala ftit flus mhux ]a\in. Sar ftehim bejniethom li g]al sentejn s]ah ma jda]]lux barman mal-bar tal-ka\in i\da il-membri ftehmu li joqg]odu [img]a kull wie]ed fil-bar u b’hekk il-qlieg] tal-bar kien jibqa kollu g]all-kumitat. Il-Bar kien jinfeta] filg]axija. Il-membri tal-kumitat tan-nisa filg]odu kienu jisb]u fil-ka\in innadfu u nag]mlu dak kollu li jkun hemm bzonn biex filg]axija l-ir[iel isibu kollox nadif. Hawnhekk inkun qed nonqos jekk ma nsemmix lil Euphemia Fsadni jew a]jar kif kien isibha kull]add b]ala Fena omm Joe Fsadni li kellha ]anut tal-mer`a u minn jaf kemm morna g]andha biex nixtru xi deter[enti biex innadfu kif ukoll xi bi``iet ta’ l-art u qatt ma ]aditilna flus. E\empju `ar ta’ kif ikunu l-laburisti [enwini. Barra minhekk il-kumitat tan-nisa kien jorgannizza xi ‘high tea’ bit-tombla u xi ]ar[iet li minnhom seta’ jaqla l-flus.

Fis-snin sittin fil-Misrah tal-Parrocca nbena centru civiku u fih ingabru xi ufficini kif ukoll l-ghassa tal-pulizija li qabel kienet fi 30,Triq San Pawl. Il-kumitat lokali ressaq proposta biex jinghata permess biex iwwaqqa l-ghassa tal-pulizija ta’ Triq San Pawl u flokha jibni ka\in laburista. In-negozjati damu sejrin mhux ]a\in i\da bil-]idma tal-kumitat u bl-g]ajnuna sfiqa tal-mibki u qatt minsi Patrick Holland il-ftehim sar u l-ka\in beda jinbena. Sa fl-a]]ar il-]olma tal-laburisti Rabtin kienet se]]et. L-ebda kitba ma tista tiddeskrivi l-fer] fuq l-u`u] tal-laburisti pre\enti meta tpo[[iet l-ewwel [ebla ta’ dan il-ka\in kif ukoll meta dan il-ka\in nfeta] uffi``jalment mill-Perit Duminku Mintoff.

Meta bdejna nuzaw dan il-kazin ghamilna weghda solenni lill-Partit Laburista. Din kienet li l-kazin ma jkunx biss binja kbira ta’ gebel izda jkun kazin haj bil-laburisti herqana li jkomplu jkabbru l-Partit Laburista fir-Rabat. Ir-rizultat ta’ l-ahhar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kif ukoll l-ahhar somma ta’ flus migbura mill-laburisti Rabtin fil-gbir tal-Fondi ghal-Elezzjoni Generali turina bic-car li din il-weghda wettaqqniha mill-ahjar li stajna. Rizultat iehor li qed nistennew li jtina sodisfazzjon akbar huwa r-rizultat ta’ l-Elezzjoni li gejja. Nawgura minn qalbi li ghal dan ir-rizultat il-kazin ikun mimli bil-laburisti ferhanin jiccelebraw rebha laburista li zgur toffri futur sabih ghal din Malta taghna.

Attivitajiet 1 ta' Mejju





















Ftuh f'63 Triq San Pawl, Rabat


Ftuh ufficjali tal-Kazin fi 30, Triq San Pawl