Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Monday, May 4, 2009

Kunsill Lokali Rabat - PJAN Ta' HIDMA 2009 - 2012

Il-komunitajiet taghna huma mezz ghat-tkattir ta' opportunitajiet godda fl-ibliet u l-irhula taghna.Fil-komunitajiet taghna jissawru rabtiet socjali b'sahhithom li jirriflettu l-hila taghna li noholqu s-solidarjeta' u l-gustizzja socjali f'pajjizna. Mir-relazzjonijiet socjali li jiffurmaw il-komunitajiet taghna, jinbtu ghaqdiet socjali li joholqu l-gid u l-prosperita' fil-lokalitajiet taghna, li jservu ta' pjattaforma biex jissahhu l-interessi komuni tac-cittadini li joholqu, u jsostnu komunitajiet progressivi madwar Malta u Ghawdex.
Komunitajiet, bliet u rhula sabiex jissawwar il-poplu progressiv li nixtiequ, li qed nipprogettaw, li qed nahdmu ghalih. F'dan il-kuntest, fl-gheruq demokratici taghna jissawwar l-istagun politiku gdid. F'dan il-kuntest, jinbet il-hsieb taghna li l-lokalitajiet ghandhom ikunu sors ta' tigdid, ta' qawmien gdid, ta' diversita' fejn kulhadd jaghti sehemu ghal gejjieni ahjar u sostenibbli, fejn kulhadd jahdem biex jikber u jitkattar is-sens ta' komunita'.
NEMMNU fid-diversita' ta' ideat godda li jinholqu fil-livell lokali sabiex tizdied il-fiducja fil-gvernijiet lokali. Nemmnu f'komunitajiet fejn kulhadd jahdem f'ghaqda, u fejn hadd ma jaqa' lura. Komunitajiet li ma jaghrfux hitan u jahdmu tassew flimkien biex jintlahaq il-gid komuni, fejn l-opportunitajiet ikunu hemm ghal kulhadd. Nemmnu f'komunitajiet fejn nisimghu lil kulhadd, u naghtu widen ghall-fehmiet ta' kulhadd sabiex it-talenti ta' kulhadd iservu bhala holqa importanti li tghaqqad hidma kollettiva fil-lokalitajiet taghna.
NAHDMU ghal gvernijiet lokali li joholqu s-success ghall-familji taghna, ghac-cittadini, u ghal uliedna. Gvernijiet lokali li bhalna jemmnu li jirnexxu biss jekk jahdmu, li d-direzzjoni success f'pajjizna, u fil-lokalitajiet taghna tiddependi mill-hiliet kreattivi taghna, u mis-sostenn komuni li jinholoq bil-progetti lokali.
NIRNEXXU ghaliex nahdmu fuq progetti lokali li jaghmlu tajjeb bizzejjed biex jizguraw titjib fil-livell tal-ghajxien tal-popli kollha fil-komunitajiet taghna. Progetti li jippermettulna nwettqu fil-livell lokali dak li ahna nemmnu tabilhaqq. DIREZZJONI SUCCESS fil-komunitajiet kollha f'Malta u Ghawdex.
Infrastruttura u Ambjent
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista nkomplu l-hidma taghna bi pjan intensiv ta' asfaltar ta' numru ta' toroq. Naraw il-possibilta' li qabel ma jinghata l-asfalt, jinbidlu wkoll is-servizzi, specjalment tal-ilma, biex tigi evitata l-possibilta' li triq terġa' tinqala' ftit wara minħabba xi tiswijiet li jkollhom isiru. Isiru wkoll numru ta' toroq mar-Rabat kollu. Dawn ikunu accessibbli ghal kulhadd.
Naghmlu studju serju biex nipprovaw insolvu, darba għal dejjem, il-problema li għandna f'numru ta' toroq tal-lokal, li jzommu hafna ilma kull meta taghmel ix-xita. Din il-problema qed tkun ta' skumdita' għar-residenti li joqoghdu f'dawn it-toroq. Dawn it-toroq ghandhom jergghu jinghataw it-tarmak u flimkien mal-awtoritajiet nahdmu biex ir-rain water culverts ezistenti jiġu rranġati ħalli b'hekk l-ilma tax-xita jkollu fejn imur u mhux jibqa' fit-toroq għad-detriment tan-nies.
Bhala Kunsill inkomplu nsebbhu l-aspett storiku tal-lokal taghna billi nirrangaw il-pavimentar tal-isqaqien antiki li ghandna, fosthom ta' Sqaq San Frangisk biex jikkumplimenta Triq Cosmana Navarra fejn diga' sar ix-xoghol kollu.
Inkomplu nahdmu fuq iz-zona ta' Giezu, fejn wara li lestejna x-xoghol fuq l-isqaqien kollha, naghmlu x-xoghol fuq l-ahhar triq li baqa', Triq Santu Wistin li ghandha sinifikat storiku minhabba l-knisja ta' San Mark. Din it-triq ghandha partijiet sostanzjali bil-lava u għalhekk huwa l-ħsieb tagħna li nirrestawraw il-lava eżistenti u nużaw materjal hard stone fejn hemm in-nieqes. Inkomplu naghmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet biex il-problemi kollha marbuta maz-zona maghrufa bhala l-Ghalqa ta' Kola, jigu solvuti. Dawn it-tahditiet mal-awtoritajiet diga' bdew u sar progress. Din iz-zona mhix responsabbilta' tal-Kunsill, izda l-Kunsill ihoss li ghandu dover li jahdem biex din iz-zona tinbidel f'zona ta' parkegg.
Naħdmu biex il-parkeġġ ta' Triq Santa Rita jingħata t-tarmak u nżidu d-dawl f'din iż-żona biex jikkumplimenta l-proġett ta' Misraħ il-Paroċċa. Bhala Kunsill ghandna nsahhu l-hidma taghna fuq l-ambjent tal-lokal.
Ghandna ninvestu b'mod sostanzjali fil-gonna mxerrda mal-lokal kollu billi jsir pavimentar u ghamara gdida, fosthom f'bandli godda. Inzidu l-ammont ta' pjanti u sigar u fejn ikun hemm il-htiega, inzidu d-dwal. Naraw li jigu mnaddfa l-widien ta' madwar il-lokal u li l-wirt storiku li ghandu jkun imhares.
Edukazzjoni
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista dejjem ħdimna b'mod attiv u dejjem investejna flus sostanzjali f'dan il-qasam ghall-beneficcju tar-residenti.
Inkomplu norganizzaw korsjiet fl-IT lit-tfal matul is-sajf u liz-zgħażagħ, adulti u anzjani matul is-sena.Inkomplu nahdmu vicin l-amministrazzjonijiet tal-iskejjel u naghtu donazzjonijiet ta' kotba lill-iskejjel primarji ghal-libreriji. Norganizzaw laqgħat informattivi fuq il-kultura u storja relatata mal-lokalita'. Norganizzaw attivitajiet li jkollhom messaġġ edukattiv f'oqsma speċifiċi. Naraw il-possibilta' li nibdew noffru servizz ta' wi-fi internet. Nahdmu flimkien ma' entitajiet privati biex nghinu zghazagh jiksbu boroz ta' studju. Flimkien mal-awtoritajiet, naraw il-possiblita' ta' ftuh ta' child care centre fil-lokal.
Fjur ir-Rabat - fejn inkomplu nagħtu ċans lit-tfal tagħna juru l-ħiliet tagħhom fil-qasam mużikali, arti u żfin.
Kultura
Inkomplu naħdmu f'dan il-qasam biex inkabbru l-attivita' kulturali u nattiraw izjed turisti lejn ir-Rabat billi norganizzaw:

Lejla Agrarja billi nagħtu importanza lill-prodotti agrarji li jipproduċu l-bdiewa taghna.
il-Festival tal-Inbid fejn nesebixxu nbejjed minn persuni Rabtin u noħolqu atmosfera ta' festa kulturali.
Inkomplu l-ħidma tagħna fil-qasam tar-restawr b'ħidmietna fil-Fondazzjoni Anton Agius u nirrestawraw monumenti fir-Rabat.
Nerggu ntellghu l-kunċerti f'Jum ir-Rabat u f'Jum l-Epifanija fejn nagħtu spazju lill-baned tagħna jtellgħu programm ta' livell għoli.
Il-Bahrija
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista, f'dawn l-ahhar tliet snin għamilna żewġ proġetti kbar: tas-Saqqajja u ta' Misraħ il-Paroċċa, tal-aħħar hu l-akbar proġett li qatt wettaq Kunsill Lokali f'Malta. Fil-legislatura li jmiss, l-attenzjoni tal-Kunsill tmur fuq pjazza oħra - dik tal-Baħrija - Misraħ Patri Martin. Din il-parti tar-Rabat hi magħrufa għan-negozji li hemm li jispeċjalizzaw f'ikel tradizzjonali u ghall-widien u mixjiet fil-kampanja.
Filwaqt li nirrispettaw il-karatteristiċi li dejjem eżistew, nibdew ħidma biex din il-pjazza tinbidel f'waħda aktar organizzata għat-traffiku, ikun hemm aktar sinjali u tabelli li jispjegaw il-kampanja, nagħtu tarmak u nirrangaw il-bankini fil-pjazza u f'numru ta' toroq. Dan il-progett isir wara konsultazzjoni wiesa' mal-pubbliku, is-sidien tal-hwienet kif ukoll wara diskussjonijiet mal-awtoritajiet.
Nibdew nindirizzaw il-problema tal-ilma tax-xita. Naghmlu studju mal-esperti dwar din il-problema biex flimkien nipprovaw insibu soluzzjoni halli dan l-ilma ma jintilifx u ma jibqax jagħmel ħsara lill-għelieqi. Bl-ghajnuna tal-NGOs, nahdmu biex il-Wied f'Tas-Sirena jitnaddaf u fl-istess ħin nippruvaw insalvaw l-ispeci indigeni mill-qerda taghhom.
Naghmlu pressjoni fuq il-Gvern biex il-problema tad-drenaġġ tiġi solvuta darba għal dejjem. Ghad hemm numru ta' toroq li m'ghandhomx sistema ta' drenagg u ghadhom bil-fosos. Dan hu ta' inkonvenjent minhabba l-irwejjaħ u d-drenaġġ li jnixxi fit-toroq.Naħdmu biex il-Ġnien tal-Baħrija jiġi rranġat u jiżdiedu l-bandli. Naħdmu biex dawn il-bandli jingħalqu bil-ħadid ħalli nnaqsu l-vandaliżmu.
Tal-Virtu' u Ghar Barka
Naraw il-possiblita' li f'dawn iż-żewġ żoni nagħmlu belveder. Ninvestu aktar flus f'dawn iż-żewġ zoni biex ikun jista' jigi apprezzat izjed il-ġmiel naturali b'veduti imprezzabbli. Naraw li z-zona ta' Għar Barka tkun lesta minn kull xoghol infrastrutturali. Dan wara li nkunu lestejna l-programm ta' xoghol ta' toroq.

Zoni mhux Urbani
Ta' kull sena l-Kunsill qed jonfoq ammont kbir ta' flus biex isewwi l-ħsarat li jsiru wara l-maltemp minhabba l-ammont kbir ta' ilma tax-xita li jgħaddi minn dawn it-toroq fil-kampanja. Din hi emoreġija finanzjarja ta' kull sena. Nahdmu fuq xogħol estensiv ta' patching fiz-zoni mhux urbani tal-Bahrija u l-periferija kollha tar-Rabat.
Nistudjaw il-possibilta' biex mill-Fiddien sal-Baħrija jkollna sistema tad-dawl solari. Jekk l-istudji juru li din tista' titwettaq, napplikaw ghal fondi mill-Unjoni Ewropea ghal dan il-proġett. Bhala Kunsill b'maggoranza Laburista nahdmu favur ambjent aħjar billi naraw li l-kampanja tagħna tkun aktar aċċessibbli u nibdew nesploraw inizjattivi li jikkunsmaw anqas elettriku f'dawn iż-żoni mhux urbani.

Anzjani
Inkomplu nsahhu l-hidma taghna ghall-beneficcju tal-anzjani taghna. Wara li ftaħna ċ-Centru tal-Anzjani, irridu nkomplu ninvestu fih u nkomplu nżidu l-attivitajiet organizzati. Irridu naħdmu biex ninkludu aktar ħidmet l-anzjani fil-Kunsill Lokali. Ma nistghux ma nuzawx l-involviment tal-anzjani taghna peress li huma nies b'esperjenza vasta f'diversi oqsma.

Turizmu
Bhala Kunsill Lokali nkomplu nsahhu r-relazzjoni taghna mal-ghaqdiet u s-socjetajiet kollha tal-lokal billi flimkien naħdmu mill-qrib ħalli nżidu l-aspett turistiku fir-Rabat. Nahdmu biex nippromwovu aktar ir-Rabat bħala post turistiku billi nippubblikaw rotot ta' interess turistiku li jindikaw is-siti storiċi.
Naraw li jkun hemm informazzjoni fuq siti storici biex ikunu esebiti b'mod aktar ċar bil-ghan li jkunu aktar indikattivi u informattivi u naraw il-possibilta' li niksbu aktar fondi biex inżidu mapep storici. Noholqu aktar kuntatti ma' aġenziji biex itellgħu aktar turisti waqt attivitajiet organizzati mill-kunsill u mill-għaqdiet varji tal-lokal.
Vicin in-Nies
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista nkomplu nahdmu vicin u ghall- beneficcju tar-residenti taghna. Ha naghtu importanza lilll-aspett infrastrutturali b'mod li jkun jikkumplimenta l-aspett storiku u agrarju. Irridu li nagħmlu r-Rabat destinazzjoni awtomatika għat-turist. Irridu li r-Rabat ikun lokalita' sostenibbli. Dan isir billi nahdmu dejjem vicin l-ghaqdiet u s-socjetajiet lokali u billi ninformaw fuq bazi regolari l-hidma kontinwa taghna lir-residenti kollha tal-lokal.

Direzzjoni SUCCESS - website gdida ghal PL

Il-Partit Laburista ghadu kif inawgura website gdida, totalment interattiva u nnovativa. F'din il-website wiehed jista jikseb informazzjoni dwar kandidati, videos, manifesti, ahbarijiet, kunsilli Lokali kif ukoll avvenimenti li jkunu se jsehhu fil-futur qarib. Permezz ta din il-website ic-cittadin ser ikollu wkoll ic cans jistaqsi kull mistoqsija li jrid dirett lill-kandidati kollha tal-PL ghall-PE.