Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Saturday, June 13, 2009

GRAZZI....

Bi Kwazi 55% tal-voti mixhuta, l-Partit Laburista ghal darb'ohra kiseb il-maggoranza fil-Kunsill Lokali Rabat. Din hija t-tielet darba konsekuttiva li il-Kunsill ser ikun immexxi minn maggoranza Laburista. Il-Kandidati eletti huma Sandro Craus (sindku), Doris Coleiro (vici-sindku, Peter Paul Azzopardi, Paul Grech u Frans Chircop.

Il-Kumitat Lokali Laburista tar-Rabat jixtieq jirringrazzja lil kandidati kollha fuq il-lista tal-partit, lil agenti kollha li ghenu f'dawn l-elezzjonijiet u lil dawk kollha li b'xi mod offrew l-ghajnuna taghhom biex il-partit seta' jasal ghal zewg rebhiet storici.

Monday, June 1, 2009

Il-Progett tal-PJAZZA ifisser AKTAR XOGHOL

'Il-Proġett tal-pjazza tar-Rabat ser joħloq aktar xogħol u jiġġenera aktar flus' sostna Joseph Muscat

Il-Progett fil-Pjazza tar-Rabat huwa xhieda ta’ kemm il-Kunsilli Lokali bit-tmexxija Laburista jwettqu dak li jwieghdu. Dan il-progett mistenni jgib aktar xoghol u jiggenera aktar flus fil-bwiet tan-nies, b’mod partikolari r-Rabtin. Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed izur il-progett fil-qalba tal-Pjazza tar-Rabat lejliet l-inawgurazzjoni taghha.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat sahaq kif il-Kunsill Lokali b’maggoranza Laburista wettaq dan il-progett fi zmien stipulat u skond l-ispiza ippjanata. “Ma ntefqux flus aktar milli kien progettat. Fuq dan il-progett ma nhlewx flus il-poplu,” sahaq il-Mexxej Laburista. Dr Muscat sahaq kif il-kunsill lokali tar-Rabat mhux xi kunsill li jinhela fil-karti jew il-burokrazzija izda huwa kunsill tan-nies fejn in-nies jigu l-ewwel. Il-Mexxej Laburista radd hajr lill-Kunsill Lokali tar-Rabat tax-xoghol kbir illi wettaq fl-ahhar snin u appella lir-Rabtin kollha sabiex fl-Elezzjonijiet Lokali tas-sitta ta’ Gunju jaghzlu l-kandidati kollha tal-Partit Laburista.

Fir-Rabat, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat akkumpanjat mis-Sindku tal-Lokal Sandro Craus zar il-progett u iltaqa mas-sidien tal-hwienet li lkoll fahhru ix-xoghol kbir li sar fil-pjazza.

Il-Progett tal-Pjazza tar-Rabat huwa rigal lill-poplu Rabti f’gheluq il-15 sena mit-twaqqaf tal-kunsilli lokali, sostna is-Sindku Sandro Craus. Ix-xoghol fuq il-progett kien jikkonsisti f’diversi fazijiet, li lkoll tfaslu u gew pjanati b’konsultazzjoni shiha mar-residenti u n-nies tal-hwienet. It-Tieni fazi kienet tikkonsisti f’ xoghol taht l-art, liema fazi saret b’delikatezza kbira. Fil-fatt, spjega s-Sindku, meta kien qed issir ix-xoghol taht l-art instabu hafna monumenti storici fosthom oqbra punici u xelter. Inghatat attenzjoni ukoll ghal ilma tax-xita kif ukoll kwalunkwe wires jew cables li kienu qed jidhru u topeggew taht l-art. Il-Fazi li l-aktar hadet zmien, sahaq is-Sindku Sandro Craus kienet tikkonsisti f’pavimentar, liema process sar bil-hsieb li jikkumplimenta l-aspett storiku u l-arkitettura barokka tal-knisja fil-Pjazza tar-Rabat. Isegwi l-pavimentar, imbaghad il-pjazza zzejnet kif ukoll inxtelghet. Is-Sindku tar-Rabat esprima s-sodisfazzjoni tieghu ghax-xoghol imwettaq u qal li fuq dan il-progett bhal progetti ohrajn il-Kunsill Rabti mexxa b’serjeta’ u ghaqal fejn qghad attent ghal flus kollha li intefqu.

Huwa sahaq kif bhalissa l-Kunsill Lokali tar-Rabat qed jaghmel xoghol kbir f’Ghar Barka, xoghol iehor fil-kampanja u appella lir-Rabtin kollha biex fis-6 ta’ Gunju jaghzlu Labour.
Prezenti ghal din l-attivita’ kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Partit Laburista ghall-Kunsilli Lokali Stefan Bountempo, kif ukoll deputati tad-distrett u l-kandidati tal-Partit Laburista ghall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali fir-Rabat.

Monday, May 4, 2009

Kunsill Lokali Rabat - PJAN Ta' HIDMA 2009 - 2012

Il-komunitajiet taghna huma mezz ghat-tkattir ta' opportunitajiet godda fl-ibliet u l-irhula taghna.Fil-komunitajiet taghna jissawru rabtiet socjali b'sahhithom li jirriflettu l-hila taghna li noholqu s-solidarjeta' u l-gustizzja socjali f'pajjizna. Mir-relazzjonijiet socjali li jiffurmaw il-komunitajiet taghna, jinbtu ghaqdiet socjali li joholqu l-gid u l-prosperita' fil-lokalitajiet taghna, li jservu ta' pjattaforma biex jissahhu l-interessi komuni tac-cittadini li joholqu, u jsostnu komunitajiet progressivi madwar Malta u Ghawdex.
Komunitajiet, bliet u rhula sabiex jissawwar il-poplu progressiv li nixtiequ, li qed nipprogettaw, li qed nahdmu ghalih. F'dan il-kuntest, fl-gheruq demokratici taghna jissawwar l-istagun politiku gdid. F'dan il-kuntest, jinbet il-hsieb taghna li l-lokalitajiet ghandhom ikunu sors ta' tigdid, ta' qawmien gdid, ta' diversita' fejn kulhadd jaghti sehemu ghal gejjieni ahjar u sostenibbli, fejn kulhadd jahdem biex jikber u jitkattar is-sens ta' komunita'.
NEMMNU fid-diversita' ta' ideat godda li jinholqu fil-livell lokali sabiex tizdied il-fiducja fil-gvernijiet lokali. Nemmnu f'komunitajiet fejn kulhadd jahdem f'ghaqda, u fejn hadd ma jaqa' lura. Komunitajiet li ma jaghrfux hitan u jahdmu tassew flimkien biex jintlahaq il-gid komuni, fejn l-opportunitajiet ikunu hemm ghal kulhadd. Nemmnu f'komunitajiet fejn nisimghu lil kulhadd, u naghtu widen ghall-fehmiet ta' kulhadd sabiex it-talenti ta' kulhadd iservu bhala holqa importanti li tghaqqad hidma kollettiva fil-lokalitajiet taghna.
NAHDMU ghal gvernijiet lokali li joholqu s-success ghall-familji taghna, ghac-cittadini, u ghal uliedna. Gvernijiet lokali li bhalna jemmnu li jirnexxu biss jekk jahdmu, li d-direzzjoni success f'pajjizna, u fil-lokalitajiet taghna tiddependi mill-hiliet kreattivi taghna, u mis-sostenn komuni li jinholoq bil-progetti lokali.
NIRNEXXU ghaliex nahdmu fuq progetti lokali li jaghmlu tajjeb bizzejjed biex jizguraw titjib fil-livell tal-ghajxien tal-popli kollha fil-komunitajiet taghna. Progetti li jippermettulna nwettqu fil-livell lokali dak li ahna nemmnu tabilhaqq. DIREZZJONI SUCCESS fil-komunitajiet kollha f'Malta u Ghawdex.
Infrastruttura u Ambjent
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista nkomplu l-hidma taghna bi pjan intensiv ta' asfaltar ta' numru ta' toroq. Naraw il-possibilta' li qabel ma jinghata l-asfalt, jinbidlu wkoll is-servizzi, specjalment tal-ilma, biex tigi evitata l-possibilta' li triq terġa' tinqala' ftit wara minħabba xi tiswijiet li jkollhom isiru. Isiru wkoll numru ta' toroq mar-Rabat kollu. Dawn ikunu accessibbli ghal kulhadd.
Naghmlu studju serju biex nipprovaw insolvu, darba għal dejjem, il-problema li għandna f'numru ta' toroq tal-lokal, li jzommu hafna ilma kull meta taghmel ix-xita. Din il-problema qed tkun ta' skumdita' għar-residenti li joqoghdu f'dawn it-toroq. Dawn it-toroq ghandhom jergghu jinghataw it-tarmak u flimkien mal-awtoritajiet nahdmu biex ir-rain water culverts ezistenti jiġu rranġati ħalli b'hekk l-ilma tax-xita jkollu fejn imur u mhux jibqa' fit-toroq għad-detriment tan-nies.
Bhala Kunsill inkomplu nsebbhu l-aspett storiku tal-lokal taghna billi nirrangaw il-pavimentar tal-isqaqien antiki li ghandna, fosthom ta' Sqaq San Frangisk biex jikkumplimenta Triq Cosmana Navarra fejn diga' sar ix-xoghol kollu.
Inkomplu nahdmu fuq iz-zona ta' Giezu, fejn wara li lestejna x-xoghol fuq l-isqaqien kollha, naghmlu x-xoghol fuq l-ahhar triq li baqa', Triq Santu Wistin li ghandha sinifikat storiku minhabba l-knisja ta' San Mark. Din it-triq ghandha partijiet sostanzjali bil-lava u għalhekk huwa l-ħsieb tagħna li nirrestawraw il-lava eżistenti u nużaw materjal hard stone fejn hemm in-nieqes. Inkomplu naghmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet biex il-problemi kollha marbuta maz-zona maghrufa bhala l-Ghalqa ta' Kola, jigu solvuti. Dawn it-tahditiet mal-awtoritajiet diga' bdew u sar progress. Din iz-zona mhix responsabbilta' tal-Kunsill, izda l-Kunsill ihoss li ghandu dover li jahdem biex din iz-zona tinbidel f'zona ta' parkegg.
Naħdmu biex il-parkeġġ ta' Triq Santa Rita jingħata t-tarmak u nżidu d-dawl f'din iż-żona biex jikkumplimenta l-proġett ta' Misraħ il-Paroċċa. Bhala Kunsill ghandna nsahhu l-hidma taghna fuq l-ambjent tal-lokal.
Ghandna ninvestu b'mod sostanzjali fil-gonna mxerrda mal-lokal kollu billi jsir pavimentar u ghamara gdida, fosthom f'bandli godda. Inzidu l-ammont ta' pjanti u sigar u fejn ikun hemm il-htiega, inzidu d-dwal. Naraw li jigu mnaddfa l-widien ta' madwar il-lokal u li l-wirt storiku li ghandu jkun imhares.
Edukazzjoni
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista dejjem ħdimna b'mod attiv u dejjem investejna flus sostanzjali f'dan il-qasam ghall-beneficcju tar-residenti.
Inkomplu norganizzaw korsjiet fl-IT lit-tfal matul is-sajf u liz-zgħażagħ, adulti u anzjani matul is-sena.Inkomplu nahdmu vicin l-amministrazzjonijiet tal-iskejjel u naghtu donazzjonijiet ta' kotba lill-iskejjel primarji ghal-libreriji. Norganizzaw laqgħat informattivi fuq il-kultura u storja relatata mal-lokalita'. Norganizzaw attivitajiet li jkollhom messaġġ edukattiv f'oqsma speċifiċi. Naraw il-possibilta' li nibdew noffru servizz ta' wi-fi internet. Nahdmu flimkien ma' entitajiet privati biex nghinu zghazagh jiksbu boroz ta' studju. Flimkien mal-awtoritajiet, naraw il-possiblita' ta' ftuh ta' child care centre fil-lokal.
Fjur ir-Rabat - fejn inkomplu nagħtu ċans lit-tfal tagħna juru l-ħiliet tagħhom fil-qasam mużikali, arti u żfin.
Kultura
Inkomplu naħdmu f'dan il-qasam biex inkabbru l-attivita' kulturali u nattiraw izjed turisti lejn ir-Rabat billi norganizzaw:

Lejla Agrarja billi nagħtu importanza lill-prodotti agrarji li jipproduċu l-bdiewa taghna.
il-Festival tal-Inbid fejn nesebixxu nbejjed minn persuni Rabtin u noħolqu atmosfera ta' festa kulturali.
Inkomplu l-ħidma tagħna fil-qasam tar-restawr b'ħidmietna fil-Fondazzjoni Anton Agius u nirrestawraw monumenti fir-Rabat.
Nerggu ntellghu l-kunċerti f'Jum ir-Rabat u f'Jum l-Epifanija fejn nagħtu spazju lill-baned tagħna jtellgħu programm ta' livell għoli.
Il-Bahrija
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista, f'dawn l-ahhar tliet snin għamilna żewġ proġetti kbar: tas-Saqqajja u ta' Misraħ il-Paroċċa, tal-aħħar hu l-akbar proġett li qatt wettaq Kunsill Lokali f'Malta. Fil-legislatura li jmiss, l-attenzjoni tal-Kunsill tmur fuq pjazza oħra - dik tal-Baħrija - Misraħ Patri Martin. Din il-parti tar-Rabat hi magħrufa għan-negozji li hemm li jispeċjalizzaw f'ikel tradizzjonali u ghall-widien u mixjiet fil-kampanja.
Filwaqt li nirrispettaw il-karatteristiċi li dejjem eżistew, nibdew ħidma biex din il-pjazza tinbidel f'waħda aktar organizzata għat-traffiku, ikun hemm aktar sinjali u tabelli li jispjegaw il-kampanja, nagħtu tarmak u nirrangaw il-bankini fil-pjazza u f'numru ta' toroq. Dan il-progett isir wara konsultazzjoni wiesa' mal-pubbliku, is-sidien tal-hwienet kif ukoll wara diskussjonijiet mal-awtoritajiet.
Nibdew nindirizzaw il-problema tal-ilma tax-xita. Naghmlu studju mal-esperti dwar din il-problema biex flimkien nipprovaw insibu soluzzjoni halli dan l-ilma ma jintilifx u ma jibqax jagħmel ħsara lill-għelieqi. Bl-ghajnuna tal-NGOs, nahdmu biex il-Wied f'Tas-Sirena jitnaddaf u fl-istess ħin nippruvaw insalvaw l-ispeci indigeni mill-qerda taghhom.
Naghmlu pressjoni fuq il-Gvern biex il-problema tad-drenaġġ tiġi solvuta darba għal dejjem. Ghad hemm numru ta' toroq li m'ghandhomx sistema ta' drenagg u ghadhom bil-fosos. Dan hu ta' inkonvenjent minhabba l-irwejjaħ u d-drenaġġ li jnixxi fit-toroq.Naħdmu biex il-Ġnien tal-Baħrija jiġi rranġat u jiżdiedu l-bandli. Naħdmu biex dawn il-bandli jingħalqu bil-ħadid ħalli nnaqsu l-vandaliżmu.
Tal-Virtu' u Ghar Barka
Naraw il-possiblita' li f'dawn iż-żewġ żoni nagħmlu belveder. Ninvestu aktar flus f'dawn iż-żewġ zoni biex ikun jista' jigi apprezzat izjed il-ġmiel naturali b'veduti imprezzabbli. Naraw li z-zona ta' Għar Barka tkun lesta minn kull xoghol infrastrutturali. Dan wara li nkunu lestejna l-programm ta' xoghol ta' toroq.

Zoni mhux Urbani
Ta' kull sena l-Kunsill qed jonfoq ammont kbir ta' flus biex isewwi l-ħsarat li jsiru wara l-maltemp minhabba l-ammont kbir ta' ilma tax-xita li jgħaddi minn dawn it-toroq fil-kampanja. Din hi emoreġija finanzjarja ta' kull sena. Nahdmu fuq xogħol estensiv ta' patching fiz-zoni mhux urbani tal-Bahrija u l-periferija kollha tar-Rabat.
Nistudjaw il-possibilta' biex mill-Fiddien sal-Baħrija jkollna sistema tad-dawl solari. Jekk l-istudji juru li din tista' titwettaq, napplikaw ghal fondi mill-Unjoni Ewropea ghal dan il-proġett. Bhala Kunsill b'maggoranza Laburista nahdmu favur ambjent aħjar billi naraw li l-kampanja tagħna tkun aktar aċċessibbli u nibdew nesploraw inizjattivi li jikkunsmaw anqas elettriku f'dawn iż-żoni mhux urbani.

Anzjani
Inkomplu nsahhu l-hidma taghna ghall-beneficcju tal-anzjani taghna. Wara li ftaħna ċ-Centru tal-Anzjani, irridu nkomplu ninvestu fih u nkomplu nżidu l-attivitajiet organizzati. Irridu naħdmu biex ninkludu aktar ħidmet l-anzjani fil-Kunsill Lokali. Ma nistghux ma nuzawx l-involviment tal-anzjani taghna peress li huma nies b'esperjenza vasta f'diversi oqsma.

Turizmu
Bhala Kunsill Lokali nkomplu nsahhu r-relazzjoni taghna mal-ghaqdiet u s-socjetajiet kollha tal-lokal billi flimkien naħdmu mill-qrib ħalli nżidu l-aspett turistiku fir-Rabat. Nahdmu biex nippromwovu aktar ir-Rabat bħala post turistiku billi nippubblikaw rotot ta' interess turistiku li jindikaw is-siti storiċi.
Naraw li jkun hemm informazzjoni fuq siti storici biex ikunu esebiti b'mod aktar ċar bil-ghan li jkunu aktar indikattivi u informattivi u naraw il-possibilta' li niksbu aktar fondi biex inżidu mapep storici. Noholqu aktar kuntatti ma' aġenziji biex itellgħu aktar turisti waqt attivitajiet organizzati mill-kunsill u mill-għaqdiet varji tal-lokal.
Vicin in-Nies
Bhala Kunsill Lokali b'maggoranza Laburista nkomplu nahdmu vicin u ghall- beneficcju tar-residenti taghna. Ha naghtu importanza lilll-aspett infrastrutturali b'mod li jkun jikkumplimenta l-aspett storiku u agrarju. Irridu li nagħmlu r-Rabat destinazzjoni awtomatika għat-turist. Irridu li r-Rabat ikun lokalita' sostenibbli. Dan isir billi nahdmu dejjem vicin l-ghaqdiet u s-socjetajiet lokali u billi ninformaw fuq bazi regolari l-hidma kontinwa taghna lir-residenti kollha tal-lokal.

Direzzjoni SUCCESS - website gdida ghal PL

Il-Partit Laburista ghadu kif inawgura website gdida, totalment interattiva u nnovativa. F'din il-website wiehed jista jikseb informazzjoni dwar kandidati, videos, manifesti, ahbarijiet, kunsilli Lokali kif ukoll avvenimenti li jkunu se jsehhu fil-futur qarib. Permezz ta din il-website ic-cittadin ser ikollu wkoll ic cans jistaqsi kull mistoqsija li jrid dirett lill-kandidati kollha tal-PL ghall-PE.



Monday, April 13, 2009

Kandidati KUNSILL LOKALI RABAT - Gunju 09

Dawn huma l-kandidati ghal Kunsill Lokali tar-Rabat fl-elezzjonijiet ta Gunju li gej:

Sandro Craus: Huwa s-Sindku prezenti tar-Rabat. Mizzewweg lil Marie nee Bartolo u ghandhom tifla; Greta ta 7 snin. Huwa rcieva grad ta Masters fit-tmexxija ta' l-Edukazzjoni mill-Universtita prestiggjuza ta Sheffield u fil-prezent qieghed ukoll jistudja ghad-dottorat mill-istess Universita. Huwa full-tiem teacher fi skola sekondarja tal-Knisja u wkoll wkoll lecturer fl-Universita ta' Malta.

Frans Chircop: Ghandu 39 sena. Huwa mizzewweg lil Louise, ghalliema fl-iskola primarja ta' l-Imtrarfa u ghandhom zewgt itfal Matthew and Denise. Jahdem l-AirMalta. Frans huwa kunsillier Laburista fil-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta. Frans minn dejjem kellu ghal qalbu l-Partit Laburista u huwa attiv fil-kumitat Lokali u huwa segretarju edukattiv tas-seba' distrett. Frans iggradwa fil-Computer Studies and aktar tard iddiversifika l-istudji tieghu ghall-Business Administration, u rcieva Grad ta' Masters fejn specjalizza fl-IT u Management. Bhala persuna li thobb tidhol ghal sfidi godda, Frans iddecieda li jkompli bl-istudji tieghu fejn iggradwa Master in Philosophy of Business Administration. Dan kien pass necessarju biex bhalissa Frans ghadu kemm ikkonkluda l-istudji tieghu biex jikseb id-Dottorat fil-Business Administration minn Maastricht fl-Olanda.

Paul Grech

Odette Manicaro: Ghandha 32 sena u ser tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'isem il-PL ghal ewwel darba. Omm t'erbat itfal u tahdem bhala accounts clerk. Minn dejjem kienet marbuta mal-Partit u kienet anki taghmel parti mil-Brigata Laburista tar-Rabat fi tfulita. Ilha dawn l-ahhar 5 snin segretarja gewwa centru laburista tal-Bahrija, delegata w ilha sservi lil partit laburista bhala agent tal-partit u diversi karigi ohra waqt elezzjonijiet kemm lokali kif ukoll generali dawn l-ahhar 6 snin. Jekk tixtieq taghmel kuntatt ma Odette tista ccempel fuq 79963504 jew email fuq odettemanicaro@gmail.com

Carmel Vassallo

Peter Paul Azzopardi
Paul Micallef
Doris Coleiro