Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Wednesday, February 13, 2008

Merhba kbira lil Afred Sant fir-Rabat


Ahna jimportana minn dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu l-aspirazzjoni li jharsu ‘l quddiem biex joffru futur ahjar lil uliedhom”. Dan qalu l-lejla l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta kien qed jindirizza l-attivita` Taht it-Tinda Mieghek fil-Misrah fir-Rabat.

Il-Mexxej Laburista sahaq illi l-impenn ta' Gvern Laburista gdid huwa li jissoda, isahhah u jhares il-kundizzjonijiet tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin.Fir-Rabat Dr Sant tkellem dwar id-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi, li jiehu l-MEPA f'idejh f’kaz li jerga jkun hemm Gvern Nazzjonalista. Sahaq li f'dawn l-ahhar snin Gonzi kien responsabbli daqs George Pullicino ghal mod skandaluz li mxiet bih il-MEPA u ghall-process ta’ l-outside development zones. Il-Mexxej Laburista qal li ma jistax jifhem kif Dr Gonzi jiftahar kemm sejjer tajjeb il-pajjiz izda imbaghad fl-istess hin dawk in-nies li suppost kienu qed imexxuh, qed jitwarbu.Dr Sant qal li l-Partit Laburista jimportah mill-familji Maltin u Ghawdxin kollha. B’familja l-Partit Laburista jifhem dik l-ghaqda fis-socjeta li tiehu hsieb, trawwem, tizvillupa, teduka u tindokra lit-tfal biex ikollhom futur ahjar. Il-Partit Laburista jimportah min dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu din l-aspirazzjoni.Il-Mexxej Laburista ta garanzija li Gvern Laburista gdid se jkun qed jahdem ma' dawk l-ghaqdiet li jaghtu appogg lill-familji u elenka whud mill-mizuri li se jaddotta favur it-tfal, fosthom li l-Kummissarju ghat-tfal jinghata rwol ta' Ombudsman. Ghaz-zghazagh Gvern Laburista gdid se jkun qed jibni sixth form gdid fin-naha ta' fuq ta' Malta u se jkun ghaddej b'ricerka kontinwa dwar il-bzonnijiet u l-aspirazzjonijiet taghhom.Dr Sant qal li flus fil-bwiet tal-familji fl-ahhar snin komplew jonqsu u d-dhul taghhom spicca inqas miz-zieda tal-gholi tal-hajja. Kien hawn li tenna l-weghda li Gvern Laburista gdid se jkun qed inaqqas is-surcharge bin-nofs ghall-familji kollha wara gimgha li jkun fil-gvern. Fl-istess hin il-gimgha d-diehla meta se jhabbar il-pjan ekonomiku tieghu, il-Partit Laburista se jaghti dettalji dwar kif se tonqos is-surcharge ghas-settur tan-negozji.Il-Mexxej Laburista qal li l-gvern ta’ Dr Gonzi ghandu rekord ta' gvern giddieb. Fost l-ohrajn qabel l-ahhar elezzjoni generali kien wieghed li l-VAT ser tibqa bir-rata ta’ 15% biex wara spicca tellaha ‘l fuq ghal 18%. Semma wkoll kif il-gvern ta' Dr Gonzi kien qed jippjana li s-servizzi tas-sahha jsiru bil-hlas, tant li kien iddiskutiha fil-livell ta' kabinett waqt li gvern iehor Nazzjonalista jzid it-taxxi.Gvern Laburista gdid wara t-8 ta’ Marzu, temm jghid Dr Sant se jkun qed jaghti lil pajjizna tmexxija gdida, serja u nadifa, ghaliex dik hija l-bidla li jrid il-poplu Malti u Ghawdxi.

Prezenti ghall-attivita` kien hemm ukoll iz-zewg deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon flimkien mad-deputat Carmelo Abela.