Min taħseb li jkun l-aħjar Prim Ministru għal ħames snin li ġejjin?

Sunday, June 8, 2008

Merhba Joseph...

Nhar il-Hadd 15 ta' Gunju, 2008 fil-11:00 a.m il-Kumitat Laburista Rabat ser ikun qed jiltaqa ghal ewwel darba mal-mexxej il-gdid Dr. Joseph Muscat. Kulhadd huwa mistieden jattendi.

Wednesday, February 13, 2008

Merhba kbira lil Afred Sant fir-Rabat


Ahna jimportana minn dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu l-aspirazzjoni li jharsu ‘l quddiem biex joffru futur ahjar lil uliedhom”. Dan qalu l-lejla l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta kien qed jindirizza l-attivita` Taht it-Tinda Mieghek fil-Misrah fir-Rabat.

Il-Mexxej Laburista sahaq illi l-impenn ta' Gvern Laburista gdid huwa li jissoda, isahhah u jhares il-kundizzjonijiet tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin.Fir-Rabat Dr Sant tkellem dwar id-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi, li jiehu l-MEPA f'idejh f’kaz li jerga jkun hemm Gvern Nazzjonalista. Sahaq li f'dawn l-ahhar snin Gonzi kien responsabbli daqs George Pullicino ghal mod skandaluz li mxiet bih il-MEPA u ghall-process ta’ l-outside development zones. Il-Mexxej Laburista qal li ma jistax jifhem kif Dr Gonzi jiftahar kemm sejjer tajjeb il-pajjiz izda imbaghad fl-istess hin dawk in-nies li suppost kienu qed imexxuh, qed jitwarbu.Dr Sant qal li l-Partit Laburista jimportah mill-familji Maltin u Ghawdxin kollha. B’familja l-Partit Laburista jifhem dik l-ghaqda fis-socjeta li tiehu hsieb, trawwem, tizvillupa, teduka u tindokra lit-tfal biex ikollhom futur ahjar. Il-Partit Laburista jimportah min dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li qed jghixu din l-aspirazzjoni.Il-Mexxej Laburista ta garanzija li Gvern Laburista gdid se jkun qed jahdem ma' dawk l-ghaqdiet li jaghtu appogg lill-familji u elenka whud mill-mizuri li se jaddotta favur it-tfal, fosthom li l-Kummissarju ghat-tfal jinghata rwol ta' Ombudsman. Ghaz-zghazagh Gvern Laburista gdid se jkun qed jibni sixth form gdid fin-naha ta' fuq ta' Malta u se jkun ghaddej b'ricerka kontinwa dwar il-bzonnijiet u l-aspirazzjonijiet taghhom.Dr Sant qal li flus fil-bwiet tal-familji fl-ahhar snin komplew jonqsu u d-dhul taghhom spicca inqas miz-zieda tal-gholi tal-hajja. Kien hawn li tenna l-weghda li Gvern Laburista gdid se jkun qed inaqqas is-surcharge bin-nofs ghall-familji kollha wara gimgha li jkun fil-gvern. Fl-istess hin il-gimgha d-diehla meta se jhabbar il-pjan ekonomiku tieghu, il-Partit Laburista se jaghti dettalji dwar kif se tonqos is-surcharge ghas-settur tan-negozji.Il-Mexxej Laburista qal li l-gvern ta’ Dr Gonzi ghandu rekord ta' gvern giddieb. Fost l-ohrajn qabel l-ahhar elezzjoni generali kien wieghed li l-VAT ser tibqa bir-rata ta’ 15% biex wara spicca tellaha ‘l fuq ghal 18%. Semma wkoll kif il-gvern ta' Dr Gonzi kien qed jippjana li s-servizzi tas-sahha jsiru bil-hlas, tant li kien iddiskutiha fil-livell ta' kabinett waqt li gvern iehor Nazzjonalista jzid it-taxxi.Gvern Laburista gdid wara t-8 ta’ Marzu, temm jghid Dr Sant se jkun qed jaghti lil pajjizna tmexxija gdida, serja u nadifa, ghaliex dik hija l-bidla li jrid il-poplu Malti u Ghawdxi.

Prezenti ghall-attivita` kien hemm ukoll iz-zewg deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon flimkien mad-deputat Carmelo Abela.

Friday, January 25, 2008

KONFERENZA GENERALI 2008




Fic-centru Nazzjonali Laburista tinsab ghaddejja bhalissa l-Konferenza Generali tal-Partit Laburista, l-ahhar wahda qabel l-elezzjoni Generali.

Il-Konferenza se tapprova tlett mozzjonijiet u huwa mistenni tilhaq il-qofol taghha nhar il-Hadd li gej bid-diskors tal-mexxej Laburista Dr. Alfred Sant.


Is-sessjoni ta' nhar il-Hadd mistennija tibda fid-9:00 a.m








Ghal kopja tad-dokument 'PJAN Ghal Bidu Gdid' ikklikja:

http://www.mlp.org.mt/rizorsi/dokumenti/downloads/mlp_pjan_ghal_bidu_gdid.pdf

A new beginning for Malta' - Poul Nyrup Rasmussen

New Beginning” is what the Labour Party of Malta (MLP) is offering voters as it prepares for general elections expected in March or April this year. New investment and new jobs top the Labour Party’s programme, alongside better education and health services.Speaking at a press conference in Malta yesterday alongside PES President Poul Nyrup Rasmussen, MLP Acting Leader Charles Mangion made the link between the Malta Labour Party’s programme – aimed at helping Malta face the challenge of globalisation – and the Party of European Socialists’ ‘New Social Europe’

For more information log into:
http://manifesto2009.pes.org/en/new-social-europe/post/181

Wednesday, January 16, 2008

"It takes a brave man..."


Nhar it-Tnejn 14 ta ' Jannar, il-mexxej Laburista Dr. Alfred Sant ghamel l-ewwel dehra tieghu fil-pubbliku minn wara l-operazzjoni magguri li ghamel 17-il jum qabel. Dr. Sant ddeskriva l-kundizzjoni prezenti tieghu u sahansitra rakkonta quddiem il-lenti kollha l-ahhar tlett gimghat tieghu! Dr. Sant tenna illi filqwaqt li ghadu jinsab ghaddej fil-perjodu ta konvalaxxenza, huwa jinsab anzjuz u herqan biex fiz-zmien li gej, jerga jiehu f'idejh it-tmun tal-partit! Meta wiehed jikkunsidra minn xiex ghadda.. bla dubju "It takes a brave man...!"
Komplejt taghmilna aktar kburin leader....

Friday, January 4, 2008

1 ta' Jannar, 2008





Il-Kumitat Lokali Laburista tar-Rabat jixtieq jawgura s-sena mill-aqwa lil membri kollha tal-kazin kif ukoll lill kumplament tar-Rabtin. Bhas-snin ta` qabel, l-ewwel gurnata tas-sena tkun kkaraterizzata minn riceviment zghir li jsir fis-sala tal-Kazin Laburista fir-Rabat ghal membri u ghas-socjetajiet kollha Rabtin. Prezenti ghal din l-laqgha minbarra bosta kandidati tad-distrett, attenda wkoll id-Deputut Mexxej Dr. Charles Mangion fejn filwaqt li tenna x-xewqat tieghu ghas-sena l-gdida, aggorna lil dawk prezenti bil-kundizzjoni ta sahhet Dr. Alfred Sant, liema kundizzjoni giet deskritta bhala wahda eccelenti. Lejn tmiem ir-riceviment ukoll, inghataw rikonoxximent tax-xoghol siewi taghhom matul is-snin, 3 'pilastri' tal-Kazin Laburista tar-Rabat: s-sinjura Karmena Chricop, s-sinjura Polly Mifsud kif ukoll s-sinjur Nenu Vassallo.